|
+Artikolu 61 Emendi tad-Direttiva 97/68/KE |
Artikolu 61 Emendi tad-Direttiva 97/68/KEArtikolu 61 Emendi tad-Direttiva 97/68/KE Id-Direttiva 97/68/KE hija emendata kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 9(4a), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: “B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, fuq talba ta' OEM, it-tqegħid fis-suq ta' magni li jissodisfaw l-Istadju III A tal-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet, sakemm dawk il-magni jkunu intenzjonati għal installazzjoni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jintuża f'atmosferi potenzjalment esplożivi, kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ). Il-fabbrikanti għandhom jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni bl-evidenza li l-magni huma installati esklużivament f'makkinarju mobbli mhux tat-triq ċertifikat li jissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Tikketta bit-test “Magna għal użu ristrett f'makkinarju ffabbrikat minn”, segwit mill-isem tal-OEM u r-referenza unika tad-deroga assoċjata għandha titwaħħal ma' kull magna bħal din, maġenb il-marka statutorja tal-magna stabbilita fit-taqsima 3 tal-Anness I. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni tal-kategorija RLL b'potenza netta massima aktar minn 2 000 kW li ma jikkonformax mal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II, biex jiġu installati f'lokomottivi li jaħdmu biss fuq netwerk ferrovjarju teknikament iżolat ta' 1 520 mm. Dawk il-magni għandhom, bħala minimu, jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet li l-magni kellhom jissodisfaw sabiex jitqiegħdu fis-suq fil-31 ta' Diċembru 2011.
(2)
fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“8.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għal magni installati f'makkinarju tal-ħsad tal-qoton.”.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|