|
+Artikolu 63 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 |
Artikolu 63 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 167/2013Artikolu 63 Emenda tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 huwa emendat kif ġej:
(1)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“3.
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kategoriji tal-magni, il-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost, iċ-ċikli tat-test, il-perijodi ta' durabbiltà tal-emissjonijiet, ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' magni fis-servizz u t-twettiq ta' kejl u testijiet, kif ukoll id-dispożizzjonijiet transitorji u d-dispożizzjonijiet li jippermettu l-approvazzjoni bikrija tat-tip tal-UE u t-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V stipulat għal makkinarju mobbli mhux tat-triq fir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*3
) u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu.
Għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, il-magni fil-medda tal-potenza 56 — 130 kW li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istadju IIIB għandhom jitqiesu bħala magni ta' transizzjoni kif definiti fil-punt (32) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/1628.
(2)
fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej: “B'deroga mill-prinċipju stipulat fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, sal-31 ta' Diċembru 2016, temenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 ( *4 ), sabiex:
(a)
għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, il-perijodu ta' posponiment stipulat fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96 huwa ta' erba' snin; u
(b)
taħt l-iskema ta' flessibbiltà msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/96, il-flessibbiltà permessa skont il-punt 1.1.1 tal-Anness V għal dak ir-Regolament Delegat jiżdied għal 150 % għal tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|