+Artikolu 3 1.

Artikolu 3 1.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“bir” tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jneħħi gass serra, aerosol, jew prekursur ta’ gass serra mill-atmosfera;

(2) 

“sors” tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jirrilaxxa gass serra, aerosol jew prekursur ta’ gass serra fl-atmosfera;

(3) 

“raggruppament tal-karbonju” tfisser il-karatteristika jew is-sistema bijoġeokimika sħiħa jew parti minnha f’territorju ta’ Stat Membru u li fiha jinħażen il-karbonju, kwalunkwe prekursur ta’ gass serra li fih il-karbonju, jew kwalunkwe gass serra li fih il-karbonju;

(4) 

“ħażna tal-karbonju” tfisser il-massa ta’ karbonju maħżun f’raggruppament tal-karbonju;

(5) 

“prodott tal-injam maħsud” tfisser kwalunkwe prodott tal-injam maħsud li ma jkunx għadu fis-sit fejn jiġi maħsud l-injam;

(6) 

“foresta” tfisser żona ta’ art definita mill-valuri minimi għad-daqs taż-żona, il-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta’ ħżin, u l-għoli potenzjali tas-siġar meta jimmaturaw fil-post fejn jikbru s-siġar kif speċifikat għal kull Stat Membru fl-Anness II. Din tinkludi żoni bis-siġar, inklużi gruppi ta’ siġar naturali żgħar, li jkunu qed jikbru, jew pjantaġġuni li għad iridu jilħqu l-valuri minimi għall-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta’ ħżin jew għoli tas-siġar minimu, kif speċifikat fl-Anness II, inkluż kwalunkwe żona li normalment tkun tifforma parti miż-żona tal-foresta iżda li fuqha temporanjament ma jkun hemm l-ebda siġra b’riżultat ta’ intervent tal-bniedem, bħall-ħsad, jew b’riżultat ta’ kawżi naturali, iżda li tista’ tkun mistennija terġa’ ssir foresta;

(7) 

“livell ta’ referenza għall-foresti” tfisser stima, espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena, tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-art forestali ġestita fit-territorju ta’ Stat Membru tul il-perijodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030, abbażi tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(8) 

“valur ta’ nofs il-ħajja” tfisser l-għadd ta’ snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità ta’ karbonju maħżun f’kategorija tal-prodotti tal-injam maħsud tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu;

▼M2

(9) 

“disturbi naturali” tfisser kwalunkwe avveniment jew ċirkostanza mhux antropoġeniċi li jikkawżaw emissjonijiet sinifikanti fis-settur tal-LULUCF, li l-Istat Membru rilevanti ma jkollu l-ebda kontroll fuq l-okkorrenza tagħhom, u li l-Istat Membru b'mod oġġettiv ma jkunx jista' jillimita b'mod sinifikanti l-effetti tagħhom, anke wara li dawn iseħħu, fuq l-emissjonijiet;

▼B

(10) 

“ossidazzjoni istantanja” tfisser metodu tal-kontabbiltà li jassumi li r-rilaxx fl-atmosfera tal-kwantità sħiħa tal-karbonju maħżun fil-prodotti tal-injam maħsud iseħħ mal-ħsad;

▼M2

(11) 

“tibdil fil-klima” tfisser tibdil fil-klima attribwit direttament jew indirettament għall-attività tal-bniedem li jibdel il-kompożizzjoni tal-atmosfera globali u li jkun oltre l-varjabbiltà naturali tal-klima osservata fuq perjodi ta' żmien komparabbli.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit