+Artikolu 5 Regoli ġenerali tal-kontabbiltà
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.

Artikolu 5 Regoli ġenerali tal-kontabbiltà

Regoli ġenerali tal-kontabbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Kull Stat Membru għandu jħejji u jżomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet tagħhom u data oħra pprovduta skont dan ir-Regolament ikunu preċiżi, kompluti, konsistenti, aċċessibbli għall-pubbliku, komparabbli u trasparenti. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).
Artikolu 5 2.
L-Istati Membri għandhom jipprevjenu kwalunkwe għadd doppju ta’ emissjonijiet jew assorbimenti, b’mod partikolari billi jiżguraw li l-emissjonijiet u l-assorbimenti mhumiex ikkontabbilizzati taħt aktar minn kategorija waħda ta’ kontabbiltà tal-art.
Artikolu 5 3.
Fejn l-użu tal-art jiġi kkonvertit, l-Istati Membri għandhom, 20 sena wara d-data tal-konverżjoni ibiddlu l-kategorizzazzjoni tal-art forestali, raba’, bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra minn tali art konvertita għal tip ieħor ta’ art tali art li tibqa’ tal-istess tip ta’ art.
Artikolu 5 4.
L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta’ karbonju tar-raggruppamenti ta’ karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinkludux fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażniet ta’ karbonju tar-raggruppamenti ta’ karbonju sakemm ir-raggruppament ta’ karbonju mhux sors. Madankollu, dik l-għażla li ma jinkludux il-bidliet fil-ħażniet tal-karbonju fil-kontijiet ma għandhiex tapplika fir-rigward tar-raggruppamenti ta’ karbonju tal-bijomassa tal-wiċċ, injam mejjet u l-prodotti tal-injam maħsud, fil-kategorija ta’ kontabbiltà tal-art tal-art forestali ġestita.
Artikolu 5 5.
L-Istati Membri għandhom iżommu rekord komplet u preċiż tad-data kollha użata fit-tħejjija tal-kontijiet tagħhom.
Artikolu 5 6.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex temenda l-Anness I sabiex jiġu riflessi l-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit