+REGOLAMENT (UE) 2018/841 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 4 Impenji u miri
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 5 Regoli ġenerali tal-kontabbiltà
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 6 Kontabbiltà għall-art afforestata u l-art deforestata
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 7 Kontabbiltà għar-raba’ ġestita, il-bwar ġestiti u l-art mistagħdra ġestita
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 8 Kontabbiltà għall-ġestjoni tal-art forestali
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
------+Artikolu 8 4.
------+Artikolu 8 5.
------+Artikolu 8 6.
------+Artikolu 8 7.
------+Artikolu 8 8.
------+Artikolu 8 9.
------+Artikolu 8 10.
------+Artikolu 8 11.
---+Artikolu 9 Kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 10 Kontabbiltà għal disturbi naturali
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 11 Flessibbiltajiet u governanza.
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 12 Flessibbiltajiet ġenerali
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
------+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 13 Flessibbiltà tal-art forestali ġestita
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
------+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13a Kumpensi addizzjonali
------+Artikolu 13a 1.
------+Artikolu 13a 2.
------+Artikolu 13a 3.
------+Artikolu 13a 4.
------+Artikolu 13a 5.
---+Artikolu 13b Mekkaniżmu tal-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030
------+Artikolu 13b 1.
------+Artikolu 13b 2.
------+Artikolu 13b 3.
------+Artikolu 13b 4.
------+Artikolu 13b 5.
------+Artikolu 13b 6.
------+Artikolu 13b 7.
------+Artikolu 13b 8.
------+Artikolu 13b 9.
------+Artikolu 13b 10.
------+Artikolu 13b 11.
---+Artikolu 13c Governanza
---+Artikolu 13d Azzjoni korrettiva
------+Artikolu 13d 1.
------+Artikolu 13d 2.
------+Artikolu 13d 3.
------+Artikolu 13d 4.
---+Artikolu 14 Kontroll tal-konformità
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 1a.
------+Artikolu 14 1b.
------+Artikolu 14 1c.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 15 Reġistru
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 16 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
------+Artikolu 16 3.
------+Artikolu 16 4.
------+Artikolu 16 5.
------+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16a Proċedura ta' kumitat
------+Artikolu 16a 1.
------+Artikolu 16a 2.
---+Artikolu 17 Rieżami
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 18 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013
---+Artikolu 19 Emenda għad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE
---+Artikolu 20 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I
---+ANNESS II
---+ANNESS IIa
---+ANNESS III
---+ANNESS IV
---+ANNESS V
---+ANNESS VI
---+ANNESS VII
English - European Union - Environment -

REGOLAMENT (UE) 2018/841 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) 2018/841 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Mejju 2018

dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

(a) 

impenji tal-Istati Membri rigward is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (“LULUCF”) li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-perjodu mill-2021 sal-2025;

(b) 

il-kontabbiltà tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u l-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri mal-impenji msemmija fil-punt (a) għall-perjodu mill-2021 sal-2025;

(c) 

mira tal-Unjoni għall-2030 għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF;

(d) 

il-miri għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF għall-Istati Membri għall-perjodu mill-2026 sal-2030.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

Artikolu 4 Impenji u miri

Impenji u miri

Artikolu 5 Regoli ġenerali tal-kontabbiltà

Regoli ġenerali tal-kontabbiltà

Artikolu 6 Kontabbiltà għall-art afforestata u l-art deforestata

Kontabbiltà għall-art afforestata u l-art deforestata

Artikolu 7 Kontabbiltà għar-raba’ ġestita, il-bwar ġestiti u l-art mistagħdra ġestita

Kontabbiltà għar-raba’ ġestita, il-bwar ġestiti u l-art mistagħdra ġestita

Artikolu 8 Kontabbiltà għall-ġestjoni tal-art forestali

Kontabbiltà għall-ġestjoni tal-art forestali

Artikolu 9 Kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud

Kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud

Artikolu 10 Kontabbiltà għal disturbi naturali

Kontabbiltà għal disturbi naturali

Artikolu 11 Flessibbiltajiet u governanza.

Flessibbiltajiet u governanza.

Artikolu 12 Flessibbiltajiet ġenerali

Flessibbiltajiet ġenerali

Artikolu 13 Flessibbiltà tal-art forestali ġestita

Flessibbiltà tal-art forestali ġestita

Artikolu 13a Kumpensi addizzjonali

Kumpensi addizzjonali

Artikolu 13b Mekkaniżmu tal-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030

Mekkaniżmu tal-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030

Artikolu 13c Governanza

Artikolu 13c

Governanza

Jekk, bħala riżultat tar-rieżami komprensiv imwettaq fl-2032, il-Kummissjoni ssib li, filwaqt li tqis il-flessibbiltajiet użati skont l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13b, ma jkunx hemm konformità mal-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 imsemmi fl-Artikolu 4(4) , ammont ugwali għall-ammont f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 tal-emissjonijiet netti żejda ta' gassijiet serra, immultiplikat b'fattur ta' 1,08, għandu jiżdied maċ-ċifra tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra rrapportata minn dak l-Istat Membru fl-2030, f'konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15.

Artikolu 13d Azzjoni korrettiva

Azzjoni korrettiva

Artikolu 14 Kontroll tal-konformità

Kontroll tal-konformità

Artikolu 15 Reġistru

Reġistru

Artikolu 16 Eżerċizzju tad-delega

Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 16a Proċedura ta' kumitat

Proċedura ta' kumitat

Artikolu 17 Rieżami

Rieżami

Artikolu 18 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Artikolu 18

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Ir-Regolament (UE)Nru 525/2013 huwa emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) 

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(da) 

mill-2023, l-emissjonijiet u l-assorbimenti koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) skont il-metodoloġiji speċifikati fl-Anness IIIa għal dan ir-Regolament;

(b) 

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Stat Membru jista’ jitlob li jingħata deroga mill-Kummissjoni mill-punt (da) tal-ewwel subparagrafu biex japplika metodoloġija differenti minn dik speċifikata fl-Anness IIIa fejn it-titjib tal-metodoloġija meħtieġ ma jistax jinkiseb fil-ħin biex jitqies it-titjib fl-inventarji tal-gassijiet serra għall-perijodu mill-2021 sal-2030, jew fejn l-ispiża tat-titjib tal-metodoloġija jkun għoli b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-applikazzjoni ta’ tali metodoloġija biex tittejjeb il-kontabbiltà għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba l-importanza baxxa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mir-raggruppamenti ta’ karbonju konċernati. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn din id-deroga għandhom jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, fejn jindikaw sa meta it-titjib tal-metodoloġija jista’ jiġi implimentat, il-metodoloġija alternattiva proposta jew it-tnejn, u valutazzjoni tal-impatti potenzjali fuq l-eżattezza tal-kontabbiltà. Il-Kummissjoni tista’ titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali f’perijodu ta’ żmien raġonevoli speċifiku. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba hija ġustifikata, għandha tagħti d-deroga. Jekk il-Kummissjoni tiċħad it-talba, hija għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.”.

(2) 

Fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(viii) 

mill-2023, informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali implimentati biex jintlaħqu l-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/841 u informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali ppjanati bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew li jtejbu bjar lil hinn mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament;”.

(3) 

Fl-Artikolu 14(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba) 

mill-2023, projezzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra totali u stimi separati għall-emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra previsti koperti mir-Regolament (UE) 2018/841”.

(4) 

Jiddaħħal l-Anness li ġej:






“ANNESS IIIA
Metodoloġiji għall-monitoraġġ u r-rapportar imsemmija fil-punt (da) tal-Artikolu 7(1)
Approċċ 3: Data ta’ konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.
Il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.
Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minn raggruppament ta’ karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f’kategorija ta’ sors jew bir li hija prijoritizzata fi ħdan sistema ta’ inventarju nazzjonali ta’ Stat Membru peress li l-istima tiegħu għandha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju ta’ gassijiet serra totali ta’ pajjiż f’termini tal-livell assolut ta’ emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.
L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3, skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.”.

Artikolu 19 Emenda għad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE

Artikolu 19

Emenda għad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE

Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE hija emendata kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 3(2), jitħassar l-ewwel subparagrafu.

(2) 

Fl-Artikolu 6, jitħassar il-paragrafu 4.

Artikolu 20 Dħul fis-seħħ

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

ANNESS I

ANNESS I

GASSIJIET SERRA U RAGGRUPPAMENTI TAL-KARBONJU

A. 

Gassijiet serra kif imsemmi fl-Artikolu 2:

(a) 

id-diossidu tal-karbonju (CO2);

(b) 

il-metan (CH4);

(c) 

l-ossidu nitruż (N2O).

Dawk il-gassijiet serra għandhom jiġu espressi f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 u determinati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013.

▼M2

B. 

Raggruppamenti tal-karbonju kif imsemmi fl-Artikolu 5(4):

(a) 

il-bijomassa ħajja;

(b) 

il-mifrex ( 7 );

(c) 

l-injam mejjet1;

(d) 

il-materja organika mejta ( 8 );

(e) 

il-ħamrija minerali;

(f) 

il-ħamrija organika;

(g) 

il-prodotti tal-injam maħsud fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art, tal-art afforestata u l-art forestali ġestita.

▼B

ANNESS II

ANNESS II


IL-VALURI MINIMI GĦAD-DAQS TAŻ-ŻONA, IL-KOPERTURA TAL-QĊAĊET TAS-SIĠAR U L-PARAMENTRI GĦALL-GĦOLI TAS-SIĠAR

Stat Membru

Iż-żona (ha)

Il-kopertura tal-qċaċet (%)

L-għoli tas-siġar (m)

Belġju

0,5

20

5

Bulgarija

0,1

10

5

Repubblika Ċeka

0,05

30

2

Danimarka

0,5

10

5

Ġermanja

0,1

10

5

Estonja

0,5

30

2

Irlanda

0,1

20

5

Greċja

0,3

25

2

▼M2

Spanja

1,0

20

Mill-preżentazzjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra fl-2028 'il quddiem: 10

3

▼B

Franza

0,5

10

5

Kroazja

0,1

10

2

Italja

0,5

10

5

Ċipru

0,3

10

5

Latvja

0,1

20

5

Litwanja

0,1

30

5

Lussemburgu

0,5

10

5

Ungerija

0,5

30

5

Malta

1,0

30

5

Netherlands

0,5

20

5

Awstrija

0,05

30

2

Polonja

0,1

10

2

Portugall

1,0

10

5

Rumanija

0,25

10

5

▼M2

Is-Slovenja

0,25

10

5

▼B

Slovakkja

0,3

20

5

▼M2

Il-Finlandja

0,25

10

5

▼B

Żvezja

0,5

10

5

▼M2 —————

▼M2

ANNESS IIa

ANNESS IIa

Il-mira tal-Unjoni (kolonna D), il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2016, 2017 u 2018 (kolonna B) u l-miri nazzjonali tal-Istati Membri (kolonna C) msemmija fl-Artikolu 4(3) li għandhom jinkisbu fl-2030


A

B

C

D

Stat Membru

Il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2016, 2017 u 2018 (kt ta' ekwivalenti ta' CO2), preżentazzjoni tal-2020

Miri tal-Istati Membri, 2030 (kt ta' ekwivalenti ta' CO2)

Valur tal-assorbimenti netti tal-gassijiet serra (kt ta' ekwivalenti ta' CO2) fl-2030, preżentazzjoni tal-2020 (kolonni B+C)

Il-Belġju

–1 032

–320

–1 352

Il-Bulgarija

–8 554

–1 163

–9 718

Ir-Repubblika Ċeka

–401

–827

–1 228

Id-Danimarka

5 779

–441

5 338

Il-Ġermanja

–27 089

–3 751

–30 840

L-Estonja

–2 112

–434

–2 545

L-Irlanda

4 354

–626

3 728

Il-Greċja

–3 219

–1 154

–4 373

Spanja

–38 326

–5 309

–43 635

Franza

–27 353

–6 693

–34 046

Il-Kroazja

–4 933

–593

–5 527

L-Italja

–32 599

–3 158

–35 758

Ċipru

–289

–63

–352

Il-Latvja

–6

–639

–644

Il-Litwanja

–3 972

–661

–4 633

Il-Lussemburgu

–376

–27

–403

L-Ungerija

–4 791

–934

–5 724

Malta

4

–2

2

In-Netherlands

4 958

–435

4 523

L-Awstrija

–4 771

–879

–5 650

Il-Polonja

–34 820

–3 278

–38 098

Il-Portugall

–390

–968

–1 358

Ir-Rumanija

–23 285

–2 380

–25 665

Is-Slovenja

67

–212

–146

Is-Slovakkja

–6 317

–504

–6 821

Il-Finlandja

–14 865

–2 889

–17 754

L-Iżvezja

–43 366

–3 955

–47 321

UE-27/Unjoni

–267 704

–42 296

–310 000 .

▼B

ANNESS III

ANNESS III


IS-SENA JEW PERIJODU BAŻI GĦALL-FINIJIET TAL-KALKOLU TAL- LIMITU MASSIMU SKONT L-ARTIKOLU 8(2)

Stat Membru

Sena/Perijodu Bażi

Belġju

1990

Bulgarija

1988

Repubblika Ċeka

1990

Danimarka

1990

Ġermanja

1990

Estonja

1990

Irlanda

1990

Greċja

1990

Spanja

1990

Franza

1990

Kroazja

1990

Italja

1990

Ċipru

1990

Latvja

1990

Litwanja

1990

Lussemburgu

1990

Ungerija

1985-87

Malta

1990

Netherlands

1990

Awstrija

1990

Polonja

1988

Portugall

1990

Rumanija

1989

Slovenja

1986

Slovakkja

1990

Finlandja

1990

Żvezja

1990

▼M2 —————

▼B

ANNESS IV

ANNESS IV

PJAN NAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ GĦALL-FORESTRIJA LI FIH IL-LIVELL TA’ REFERENZA GĦALL-FORESTI TA’ STAT MEMBRU

A.   Kriterji u gwida biex jiġi determinat il-livelli ta’ referenza għall-foresti

Il-livell ta’ referenza għall-foresti ta’ Stat Membru għandu jiġi determinat skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-livell ta’ referenza għandu jkunu konsistenti mal-għan li jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u assorbimenti minn bjar tal-gassijiet serra fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu, inkluż iż-żieda tal-assorbimenti potenzjali minn stokkijiet ta’ foresti li qed jixjieħu, li altrimenti jistgħu juru bjar li qed jonqsu progressivament;

(b) 

il-livell ta’ referenza għandu jiżgura li s-sempliċi preżenza ta’ ħażniet tal-karbonju hija eskluża mill-kontabbiltà;

(c) 

il-livell ta’ referenza għandu jiżgura sistema robusta u kredibbli tal-kontabbiltà li tiżgura li l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-użu tal-bijomassa jiġu kkontabbilizzati b’mod korrett;

(d) 

il-livell ta’ referenza għandu jinkludi r-raggruppament tal-karbonju tal-prodotti tal-injam maħsud, li b’hekk jipprovdu tqabbil bejn l-ossidazzjoni istantanja assunta u l-applikazzjoni tal-funzjoni ta’ diżintegrazzjoni tal-ewwel grad u l-valuri ta’ nofs il-ħajja;

(e) 

proporzjon kostanti bejn l-użu ta’ bijomassa tal-foresti solida u tal-enerġija kif dokumentat fil-perijodu mill-2000 sal-2009 għandu jiġi preżunt;

(f) 

il-livell ta’ referenza għandu jkun konsistenti mal-objettiv li jsir kontribut għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, kif stabbilit fl-Istrateġija tal-UE għall-foresti, il-politiki dwar il-foresti nazzjonali tal-Istati Membri, u l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità;

(g) 

il-livell ta’ referenza għandu jkun konsistenti mal-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn sorsi u assorbimenti minn bjar kif irrappurtati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013;

(h) 

il-livell ta’ referenza għandu jkun konsistenti mal-inventarji tal-gassijiet serra u mad-data storika rilevanti u għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni trasparenti, kompluta, konsistenti, komparabbli u preċiża. B’mod partikulari, il-mudell użat biex jitfassal il-livell ta’ referenza għandu jkun kapaċi jirriproduċu data storika mill-Inventarju Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.

B.   Elementi tal-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija

Il-Pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija mressaq skont l-Artikolu 8 għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni ġenerali tad-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti u deskrizzjoni ta’ kif tqiesu l-kriterji f’dan ir-Regolament;

(b) 

l-identifikazzjoni tar-raggruppamenti tal-karbonju u l-gassijiet serra li ġew inklużi fil-livell ta’ referenza għall-foresti, ir-raġunijiet għala raggruppament tal-karbonju tħalla barra mid-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti u turija tal-konsistenza bejn ir-raggruppamenti tal-karbonju inklużi fil-livell ta’ referenza għall-foresti;

(c) 

deskrizzjoni ta’ approċċi, metodi u mudelli, inkluża informazzjoni kwantitattiva, użati fid-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti, konsistenti mal-aktar rapport tal-inventarju nazzjonali reċenti, u deskrizzjoni tal-informazzjoni dokumentarja dwar il-prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli u l-intensità tal-foresti kif ukoll tal-politiki nazzjonali adottati;

(d) 

informazzjoni dwar kif ir-rati tal-ħsad huma mistennija jiżviluppaw taħt xenarji ta’ politika differenti;

(e) 

deskrizzjoni ta’ kif kull wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin tqiesu fid-determinazzjoni tal-livell ta’ referenza għall-foresti:

(i) 

iż-żona soġġetta għal ġestjoni tal-foresti;

(ii) 

l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti u mill-prodotti tal-injam maħsud kif jidher fl-inventarji tal-gassijiet serra u fid-data storika rilevanti;

(iii) 

karatteristiċi tal-foresti, inkluż karatteristiċi dinamiċi tal-foresti relatati mal-età, żidiet, it-tul ta’ rotazzjoni u informazzjoni oħra dwar attivitajiet ta’ ġestjoni tal-foresti taħt “xenarju ta’ żamma tal-istatus quo”;

(iv) 

ir-rati storiċi u futuri tal-ħsad diżaggregati bejn l-enerġija u l-użu mhux tal-enerġija.

▼M1

C.    Il-livelli ta’ referenza għall-foresti li jeħtieġ jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2025


Stat Membru

Il-livell ta’ referenza għall-foresti għall-perjodu mill-2021 sal-2025 f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 kull sena

Il-Belġju

– 1 369 009

Il-Bulgarija

– 5 105 986

Iċ-Ċekja

– 6 137 189

Id-Danimarka

+354 000

Il-Ġermanja

– 34 366 906

L-Estonja

– 1 750 000

L-Irlanda

+112 670

Il-Greċja

– 2 337 640

Spanja

– 32 833 000

Franza

– 55 399 290

Il-Kroazja

– 4 368 000

L-Italja

– 19 656 100

Ċipru

– 155 779

Il-Latvja

– 1 709 000

Il-Litwanja

– 5 164 640

Il-Lussemburgu

– 426 000

L-Ungerija

– 48 000

Malta

-38

In-Netherlands

– 1 531 397

L-Awstrija

– 4 533 000

Il-Polonja

– 28 400 000

Il-Portugall

– 11 165 000

Ir-Rumanija

– 24 068 200

Is-Slovenja

– 3 270 200

Is-Slovakkja

– 4 827 630

Il-Finlandja

– 29 386 695

L-Iżvezja

– 38 721 000

▼M2 —————

▼B

ANNESS V

ANNESS V

FUNZJONI TA’ DIŻINTEGRAZZJONI TAL-EWWEL GRAD, METODOLOĠIJI U VALURI PRESTABBILITI TA’ NOFS IL-ĦAJJA GĦALL-PRODOTTI TAL-INJAM MAĦSUD

Kwistjonijiet metodoloġiċi

— 
Jekk ma jkunx possibbli li ssir distinzjoni bejn il-prodotti tal-injam maħsud fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art tal-art afforestata u l-art forestali ġestita, Stat Membru jista’ jagħżel li jikkontabbilizza l-prodotti tal-injam maħsud bil-preżunzjoni li l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha seħħew fuq art forestali ġestita.
— 
Il-prodotti tal-injam maħsud fil-miżbliet ta’ skart solidu u l-prodotti tal-injam maħsud għall-finijiet tal-enerġija għandhom jiġu kkontabbilizzati abbażi ta’ ossidazzjoni istantanja.
— 
Il-prodotti importati tal-injam maħsud, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, ma għandhomx jiġu kkontabbilizzati mill-Istat Membru li jkun qed jimpurtahom (“l-approċċ ta’ produzzjoni”).
— 
Għal prodotti tal-injam maħsud esportati, id-data speċifika għall-pajjiż tirreferi għall-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż u l-użu ta’ prodotti tal-injam maħsud fil-pajjiż li qed jimpurtahom.
— 
Il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż għal prodotti tal-injam maħsud imqiegħda fis-suq tal-Unjoni ma għandhomx jiddevjaw minn dawk użati mill-Istat Membru importatur.
— 
Għall-finijiet ta’ informazzjoni biss, fis-sottomissjoni tagħhom l-Istati Membri jistgħu jipprovdu data dwar is-sehem tal-injam għall-finijiet ta’ enerġija li kien importat minn barra l-Unjoni, u l-pajjiżi ta’ oriġini ta’ tali injam.

L-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġiji u valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż minflok il-metodoloġiji u l-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja speċifikati f’dan l-Anness, sakemm tali metodoloġiji u l-valuri jiġu ddeterminati abbażi ta’ data trasparenti u verifikabbli u li l-metodoloġiji użati jkunu tal-anqas dettaljati u preċiżi daqs dawk speċifikati fl-Anness.

Valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja:

Valur ta’ nofs il-ħajja tfisser l-għadd ta’ snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità ta’ karbonju maħżun f’kategorija waħda tal-prodotti tal-injam maħsud tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu.

Il-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja għandhom ikunu kif ġej:

(a) 

sentejn għall-karta;

(b) 

25 sena għall-panewijiet tal-injam;

(c) 

35 sena għall-injam issegat.

L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-prodotti ta’ materjali bbażati mill-injam, inkluż qxur tas-siġar, li jaqgħu f’dawk il-kategoriji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) hawn fuq, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l -Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, dment li d-data disponibbli tkun trasparenti u verifikabbli. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll subkategoriji speċifiċi għall-pajjiż ta’ kwalunkwe kategorija minn dawn.

ANNESS VI

ANNESS VI

KALKOLU TAL-LIVELLI TA’ BAŻI GĦAL DISTURBI NATURALI

1. 

Għall-kalkolu tal-livell ta’ bażi, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-livelli storiċi ta’ emissjonijiet ikkawżati minn disturbi naturali;

(b) 

it-tip(i) ta’ disturbi naturali inklużi fl-istima;

▼M2

(c) 

l-istimi tat-total ta' emissjonijiet annwali għal dawk it-tipi ta' disturbi naturali għall-perjodu mill-2001 sal-2020, elenkati skont il-kategoriji tal-kontabbiltà tal-art fil-perjodu mill-2021 sal-2025 u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art fil-perjodu mill-2026 sal-2030;

▼B

(d) 

dimostrazzjoni tal-konsistenza fis-serje temporali fil-parametri rilevanti kollha, inklużi ż-żona minima, il-metodoloġiji għall-istima tal-emissjonijiet, il-koperturi ta’ raggruppamenti u gassijiet tal-karbonju.

2. 

Il-livell ta’ bażi jiġi kkalkulat bħala l-medja tas-serje temporali 2001-2020, eskluż is-snin kollha li fihom jiġu reġistrati livelli anormali ta’ emissjonijiet, jiġifieri esklużi l-livelli statistiċi kollha barra l-limitu. L-identifikazzjoni tal-livelli statistiċi barra l-limitu għandha ssir kif ġej:

(a) 

ikkalkula l-valur aritmetiku medju u d-devjazzjoni standard tas-serje temporali kollha 2001-2020;

(b) 

eskludi mis-serje temporali s-snin kollha li fihom l-emissjonijiet annwali jkunu barra mid-doppju tad-devjazzjoni standard madwar il-medja;

(c) 

ikkalkula mill-ġdid il-valur aritmetiku medju u d-devjazzjoni standard tas-serje temporali 2001-2020 u naqqas is-snin esklużi fil-punt (b);

(d) 

irrepeti l-punti (b) u (c) sakemm ma jiġi identifikat ebda livell barra l-limitu.

▼M2

3. 

Wara li jiġi kkalkolat il-livell ta' bażi skont il-punt 2 ta' dan l-Anness, jekk l-emissjonijiet f'sena partikolari fil-perjodi mill-2021 sal-2025 għall-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art, l-art forestali u l-art forestali ġestita kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) jaqbżu l-livell ta' bażi kif ukoll il-marġni, l-ammont ta' emissjonijiet li jaqbżu l-livell ta' bażi jista' jiġi eskluż f'konformità mal-Artikolu 10. Il-marġni għandu jkun ugwali għal livell ta' probabbiltà ta' 95 %.

4. 

L-emissjonijiet li ġejjin ma għandhomx jiġu esklużi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10:

(a) 

l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' ħsad u qtugħ ta' salvataġġ li jkunu twettqu fuq l-art wara l-okkorrenza ta' disturbi naturali;

(b) 

l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ħruq preskritt li jkun twettaq fuq l-art fi kwalunkwe sena tal-perjodu mill-2021 sal-2025;

(c) 

l-emissjonijiet fuq artijiet li kienu soġġetti għal deforestazzjoni wara l-okkorrenza ta' disturbi naturali.

▼B

5. 

Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) jinkludu dan li ġej:

▼M2 —————

▼M2

(b) 

evidenza li ma tkun seħħet ebda deforestazzjoni matul il-bqija tal-perjodu mill-2021 sal-2025 fuq artijiet li kienu affettwati minn disturbi naturali u li fir-rigward tagħhom l-emissjonijiet ġew esklużi mill-kontabbiltà;

(c) 

deskrizzjoni ta' metodi u kriterji verifikabbli li għandhom jintużaw biex tiġi identifikata d-deforestazzjoni fuq dawk l-artijiet fis-snin sussegwenti tal-perjodu mill-2021 sal-2025.

▼M2 —————

▼M2

6. 

Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) u l-Artikoli 13 u 13b għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

l-identifikazzjoni taż-żoni tal-art kollha affettwati minn disturbi naturali f'dik is-sena partikolari, inklużi l-lokalità ġeografika tagħhom, il-perjodu u t-tipi ta' disturbi naturali;

(b) 

meta jkun fattibbli, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun ħa biex jipprevjeni jew jillimita l-impatt ta' dawk id-disturbi naturali;

(c) 

meta jkun fattibbli, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun ħa biex jirriabilita l-artijiet affettwati minn dawk id-disturbi naturali.

▼B

ANNESS VII

ANNESS VII


L-AMMONT MASSIMU TA’ KUMPENS DISPONIBBLI TAĦT IL-FLESSIBBILTÀ TAL-ART FORESTALI ĠESTITA MSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 13(3)

Stat Membru

Assorbimenti medji minn bjar mill-art forestali medji rrapportati għall-perijodu mill-2000 sal-2009 f’miljuni ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena

Limitu ta’ kumpens espress f’miljuni ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 għall-perijodu mill-2021 sal-2030

Belġju

–3,61

–2,2

Bulgarija

–9,31

–5,6

Repubblika Ċeka

–5,14

–3,1

Danimarka

–0,56

–0,1

Ġermanja

–45,94

–27,6

Estonja

–3,07

–9,8

Irlanda

–0,85

–0,2

Greċja

–1,75

–1,0

Spanja

–26,51

–15,9

Franza

–51,23

–61,5

Kroazja

–8,04

–9,6

Italja

–24,17

–14,5

Ċipru

–0,15

–0,03

Latvja

–8,01

–25,6

Litwanja

–5,71

–3,4

Lussemburgu

–0,49

–0,3

Ungerija

–1,58

–0,9

Malta

0,00

0,0

Netherlands

–1,72

–0,3

Awstrija

–5,34

–17,1

Polonja

–37,50

–22,5

Portugall

–5,13

–6,2

Rumanija

–22,34

–13,4

Slovenja

–5,38

–17,2

Slovakkja

–5,42

–6,5

Finlandja

–36,79

–44,1

Żvezja

–39,55

–47,5

▼M2 —————


( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

( 2 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' April 2022 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).

( 6 ) Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).”;

( 7 ) Japplika għal Art Forestata u Art Ġestita tal-Foresti biss.

( 8 ) Japplika biss għal Art Deforestata, Raba' Ġestit, Bur Ġestit u Artijiet Mistagħdra Ġestiti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit