+Artikolu 13a Kumpensi addizzjonali
---+Artikolu 13a 1.
---+Artikolu 13a 2.
---+Artikolu 13a 3.
---+Artikolu 13a 4.
---+Artikolu 13a 5.

Artikolu 13a Kumpensi addizzjonali

Kumpensi addizzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13a 1.

Il-Finlandja tista' tikkumpensa emissjonijiet ikkontabbilizzati ta' mhux aktar minn 5 miljun tunnellata addizzjonali ta' ekwivalenti ta' CO2 taħt il-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art “art forestali ġestita”, “art deforestata”, “raba' ġestit” u “bur ġestit”, fil-perjodu mill-2021 sal-2025, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-Finlandja tkun inkludiet fl-istrateġija tagħha ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1999, miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex tiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, ta' bjar u riżervi tal-foresti;

(b) 

l-emissjonijiet totali fl-Unjoni ma jaqbżux l-assorbimenti totali fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament fil-perjodu mill-2021 sal-2025.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, l-emissjonijiet totali jaqbżux l-assorbimenti totali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/842.

Artikolu 13a 2.

Il-kumpensi addizzjonali għandhom ikunu limitati għal:

(a) 

l-ammont li jaqbeż il-flessibbiltà tal-art forestali ġestita disponibbli għall-Finlandja fil-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 13;

(b) 

l-emissjonijiet maħluqa permezz ta' bidla storika minn art forestali għal kwalunkwe kategorija oħra ta' użu tal-art li tkun seħħet mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017;

(c) 

l-ammont meħtieġ għall-konformità mal-Artikolu 4.

Artikolu 13a 3.
Il-kumpensi addizzjonali ma għandhomx ikunu soġġetti għal trasferiment skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament jew l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842.
Artikolu 13a 4.
Kwalunkwe kumpens addizzjonali mhux użat mill-ammont ta' 5 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkanċellat.
Artikolu 13a 5.
L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq l-operazzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a), u l-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu fir-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2018/1999 (ir-“Reġistru tal-Unjoni”).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit