+Artikolu 13b 6.

Artikolu 13b 6.

L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jikkumpensaw l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-miri stabbiliti għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew kontra l-baġit stabbilit għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(4), sal-ammont mhux użat mill-Istati Membri l-oħra tal-ammont sħiħ tal-kumpens għall-perjodu mill-2021 sal-2030 stabbilit fl-Anness VII, wara li jitqiesu l-Artikolu 13(4) u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, dment li dawk l-Istati Membri:

(a) 

ikunu eżawrew il-flessibbiltajiet disponibbli skont l-Artikolu 12(1), u l-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu; u

(b) 

ikunu ppreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar jew:

(i) 

l-impatt fit-tul tat-tibdil fil-klima li jirriżulta f'emissjonijiet eċċessivi jew fi tnaqqis tal-bjar li jkunu lil hinn mill-kontroll tagħhom; jew

(ii) 

l-effetti ta' proporzjon eċċezzjonalment għoli ta' ħamrija organika fiż-żona tal-art ġestita tagħhom, meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni, li jirriżulta f'emissjonijiet eċċessivi, dment li dawk l-effetti jistgħu jiġu attribwiti għal prattiki ta' ġestjoni tal-art li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE;

(c) 

fil-pjanijiet nazzjonali integrati l-aktar reċenti tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, ikunu inkludew miżuri speċifiċi biex jiżguraw il-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u tar-riżervi kollha tal-art, u biex inaqqsu l-vulnerabbiltà tal-art għall-perturbazzjonijiet tal-ekosistema xprunati mit-tibdil fil-klima.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit