+Artikolu 13b Mekkaniżmu tal-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030
---+Artikolu 13b 1.
---+Artikolu 13b 2.
---+Artikolu 13b 3.
---+Artikolu 13b 4.
---+Artikolu 13b 5.
---+Artikolu 13b 6.
---+Artikolu 13b 7.
---+Artikolu 13b 8.
---+Artikolu 13b 9.
---+Artikolu 13b 10.
---+Artikolu 13b 11.

Artikolu 13b Mekkaniżmu tal-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030

Mekkaniżmu tal-użu tal-art għas-snin mill-2026 sal-2030

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13b 1.
Mekkaniżmu tal-użu tal-art li jikkorrispondi għal kwantità ta' mhux aktar minn 178 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 għandu jiġi stabbilit fir-Reġistru tal-Unjoni, soġġett għall-ilħuq tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-mekkaniżmu tal-użu tal-art għandu jkun disponibbli flimkien mal-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 12.
Artikolu 13b 2.
Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, wara li Stat Membru jkun għamel l-almu tiegħu biex iqis kwalunkwe opinjoni mill-Kummissjoni indirizzata lilu skont l-Artikolu 13d, id-differenza bejn is-somma tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra fit-territorju ta' Stat Membru u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), u l-mira korrispondenti stabbilita għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit stabbilit għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(4), tkun pożittiva, ikkontabbilizzata u rrapportata f'konformità ma' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru jista' juża l-mekkaniżmu stabbilit f'dan l-Artikolu sabiex jikkonforma mal-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tiegħu stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4).
Artikolu 13b 3.

Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, ir-riżultat ta' wieħed mill-kalkoli msemmija fil-paragrafu 2 jew tat-tnejn li huma jkun pożittiv, l-Istat Membru għandu jkun intitolat juża l-mekkaniżmu stabbilit f'dan l-Artikolu biex jikkumpensa l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew kontra l-baġit stabbilit għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(4), jew it-tnejn, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-Istat Membru jkun inkluda fil-pjan nazzjonali integrat aġġornat tiegħu għall-enerġija u l-klima ppreżentat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u r-riżervi kollha tal-art, u biex inaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali;

(b) 

l-Istat Membru jkun eżawrixxa l-flessibbiltà disponibbli skont l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament;

(c) 

id-differenza fl-Unjoni bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti kollha ta' gassijiet serra fit-territorju tagħha u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), u l-mira tal-Unjoni ta' assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 tkun negattiva, fl-2030.

Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, il-kundizzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu ġietx issodisfata, il-Kummissjoni għandha tinkludi sa 30 %, iżda mhux aktar minn 20 Mt ta' ekwivalenti ta' CO2, taż-żieda mhux użata tal-impenji tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1) mill-perjodu mill-2021 sal-2025, dment li Stat Membru wieħed jew aktar jippreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842.

Artikolu 13b 4.
L-ammont tal-kumpens imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jistax, għall-perjodu mill-2026 sal-2030, jaqbeż 50 % tal-ammont massimu ta' kumpens għall-Istat Membru kkonċernat stabbilit fl-Anness VII.
Artikolu 13b 5.
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali kkalkolati skont l-Anness VI, sabiex ikunu eliġibbli għall-kumpens tal-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-miri stabbiliti għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(3), jew kontra l-baġit stabbilit għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(4), sal-ammont mhux użat mill-Istati Membri l-oħrajn tal-ammont sħiħ tal-kumpens għall-perjodu mill-2026 sal-2030 stabbilit fl-Anness VII. Meta d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont tal-kumpens mhux użat disponibbli, dak il-kumpens mhux użat għandu jitqassam fuq bażi pro rata fost l-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 13b 6.

L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jikkumpensaw l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-miri stabbiliti għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew kontra l-baġit stabbilit għal dawk l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(4), sal-ammont mhux użat mill-Istati Membri l-oħra tal-ammont sħiħ tal-kumpens għall-perjodu mill-2021 sal-2030 stabbilit fl-Anness VII, wara li jitqiesu l-Artikolu 13(4) u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, dment li dawk l-Istati Membri:

(a) 

ikunu eżawrew il-flessibbiltajiet disponibbli skont l-Artikolu 12(1), u l-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu; u

(b) 

ikunu ppreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar jew:

(i) 

l-impatt fit-tul tat-tibdil fil-klima li jirriżulta f'emissjonijiet eċċessivi jew fi tnaqqis tal-bjar li jkunu lil hinn mill-kontroll tagħhom; jew

(ii) 

l-effetti ta' proporzjon eċċezzjonalment għoli ta' ħamrija organika fiż-żona tal-art ġestita tagħhom, meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni, li jirriżulta f'emissjonijiet eċċessivi, dment li dawk l-effetti jistgħu jiġu attribwiti għal prattiki ta' ġestjoni tal-art li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE;

(c) 

fil-pjanijiet nazzjonali integrati l-aktar reċenti tagħhom għall-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, ikunu inkludew miżuri speċifiċi biex jiżguraw il-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u tar-riżervi kollha tal-art, u biex inaqqsu l-vulnerabbiltà tal-art għall-perturbazzjonijiet tal-ekosistema xprunati mit-tibdil fil-klima.

Artikolu 13b 7.
L-ammont tal-kumpens imsemmi fil-paragrafu 6 ma għandux jaqbeż il-50 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 għall-Unjoni kollha kemm hi. Meta d-domanda għall-kumpens taqbeż l-ammont massimu tal-kumpens disponibbli, dak il-kumpens għandu jitqassam fuq bażi pro rata fost l-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 13b 8.
L-evidenza msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b)(i), għandha tinkludi valutazzjoni kwantitattiva tal-effetti fuq l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, f'termini ta' miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 għaż-żona affettwata, u għandha tkun ibbażata fuq indiċijiet kwantitattivi kumparabbli u affidabbli, fuq data ġeografikament espliċita u fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli. Dawk l-indiċijiet, dik id-data u dik l-evidenza għandhom ikunu bbażati fuq bidliet osservati li jkopru mill-anqas il-perjodu mill-2001 sal-2025, u fuq projezzjonijiet u osservazzjonijiet rieżaminati xjentifikament għall-perjodu mill-2026 sal-2030. Dawk l-indiċijiet, dik id-data u dik l-evidenza għandhom jirriflettu l-bidliet fl-isfond fuq terminu medju jew twil tal-karatteristiċi klimatiċi rilevanti għas-settur tal-LULUCF, bħall-aridità, it-temperaturi medji, il-preċipitazzjoni medja, il-ġranet tal-ġlata, u t-tul ta' żmien tan-nixfiet meteoroloġiċi jew tal-indewwa fil-ħamrija.
Artikolu 13b 9.
L-evidenza msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b)(ii), għandha tinkludi ġustifikazzjoni li turi li l-proporzjon tal-ħamrija organika fiż-żona tal-art ġestita għall-Istat Membru kkonċernat jaqbeż il-proporzjon medju tal-Unjoni għas-sena 2030. L-evidenza għandha tinkludi analiżi kwantitattiva, f'miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2, tal-emissjonijiet irrapportati minħabba l-effetti ta' legat fuq il-ħamrija organika ġestita, abbażi ta' osservazzjonijiet rieżaminati għall-perjodu mill-2026 sal-2030, fuq data ġeografikament espliċita komparabbli u affidabbli u fuq l-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, b'mod partikolari dwar siti simili fl-Istat Membru kkonċernat. L-evidenza għandha tkun akkumpanjata wkoll minn deskrizzjoni tal-miżuri ta' politika implimentati bħalissa li jimminimizzaw l-impatti negattivi tal-effetti ta' legat fuq il-ħamrija organika ġestita.
Artikolu 13b 10.
Sat-12 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi u l-proċess għall-preżentazzjoni tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16a.
Artikolu 13b 11.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 6, il-punt (b), disponibbli għall-pubbliku, u tista' titlob lil Stat Membru jippreżenta evidenza addizzjonali jekk, wara li tkun ivverifikat l-informazzjoni riċevuta minn dak l-Istat Membru, tqis dik l-informazzjoni bħala mhux ġustifikata biżżejjed jew sproporzjonata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit