|
+Artikolu 13d 1. |
Artikolu 13d 1.Jekk il-Kummissjoni ssib, fil-valutazzjoni annwali tagħha skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel biżżejjed progress biex jilħaq il-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis it-trajettorja u l-baġit stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-flessibbiltajiet skont dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta' azzjoni korrettiva li jinkludi:
(a)
spjegazzjoni dettaljata dwar għaliex mhux qed jagħmel biżżejjed progress;
(b)
valutazzjoni ta' kif il-finanzjament tal-Unjoni appoġġja l-isforzi tiegħu biex jikkonforma mal-mira u l-baġit tiegħu u ta' kif biħsiebu juża tali finanzjament biex jagħmel progress biex jikkonforma magħhom;
(c)
azzjonijiet addizzjonali, li jikkomplementaw il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima ta' dak l-Istat Membru skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 jew li jsaħħu l-implimentazzjoni tiegħu, li se jimplimenta sabiex jikkonforma mal-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tiegħu stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4) permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni, akkumpanjati minn valutazzjoni dettaljata, mirfuda minn data kwantitattiva, meta tkun disponibbli, tal-assorbimenti netti previsti ta' gassijiet serra li jirriżultaw minn dawk l-azzjonijiet;
(d)
skeda ta' żmien stretta għall-implimentazzjoni ta' tali azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni. Meta Stat Membru jkun stabbilixxa korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, jista' jitlob il-parir ta' dak il-korp biex jidentifika l-azzjonijiet meħtieġa msemmija fil-punt (c). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|