+Artikolu 13d Azzjoni korrettiva
---+Artikolu 13d 1.
---+Artikolu 13d 2.
---+Artikolu 13d 3.
---+Artikolu 13d 4.

Artikolu 13d Azzjoni korrettiva

Azzjoni korrettiva

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13d 1.

Jekk il-Kummissjoni ssib, fil-valutazzjoni annwali tagħha skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel biżżejjed progress biex jilħaq il-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis it-trajettorja u l-baġit stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-flessibbiltajiet skont dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta' azzjoni korrettiva li jinkludi:

(a) 

spjegazzjoni dettaljata dwar għaliex mhux qed jagħmel biżżejjed progress;

(b) 

valutazzjoni ta' kif il-finanzjament tal-Unjoni appoġġja l-isforzi tiegħu biex jikkonforma mal-mira u l-baġit tiegħu u ta' kif biħsiebu juża tali finanzjament biex jagħmel progress biex jikkonforma magħhom;

(c) 

azzjonijiet addizzjonali, li jikkomplementaw il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima ta' dak l-Istat Membru skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 jew li jsaħħu l-implimentazzjoni tiegħu, li se jimplimenta sabiex jikkonforma mal-mira tiegħu stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew il-baġit tiegħu stabbilit f'konformità mal-Artikolu 4(4) permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni, akkumpanjati minn valutazzjoni dettaljata, mirfuda minn data kwantitattiva, meta tkun disponibbli, tal-assorbimenti netti previsti ta' gassijiet serra li jirriżultaw minn dawk l-azzjonijiet;

(d) 

skeda ta' żmien stretta għall-implimentazzjoni ta' tali azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni.

Meta Stat Membru jkun stabbilixxa korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, jista' jitlob il-parir ta' dak il-korp biex jidentifika l-azzjonijiet meħtieġa msemmija fil-punt (c).

Artikolu 13d 2.
F'konformità mal-programm ta' ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta' azzjoni korrettiva bħal dan.
Artikolu 13d 3.
Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar kemm huma robusti l-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 u f'dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bl-akbar reqqa u jista' jirrevedi l-pjan tiegħu konsegwentement. Jekk Stat Membru kkonċernat ma jindirizzax l-opinjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni.
Artikolu 13d 4.
Kull Stat Membru għandu jagħmel il-pjan ta' azzjoni korrettiva tiegħu msemmi fil-paragrafu 1 u kwalunkwe ġustifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-opinjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3 disponibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit