+Artikolu 5 Flessibiltajiet permezz ta’ self, tfaddil u trasferiment
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 5a.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.

Artikolu 5 Flessibiltajiet permezz ta’ self, tfaddil u trasferiment

Flessibiltajiet permezz ta’ self, tfaddil u trasferiment

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, Stat Membru jista’ jissellef kwantità li ma taqbiżx is-7,5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti.
Artikolu 5 2.
Fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2029, Stat Membru jista’ jissellef kwantità li ma taqbiżx il-5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti.
Artikolu 5 3.

Stat Membru li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, b’kont meħud tal-użu ta’ flessibbiltajiet skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista’:

(a) 

fir-rigward tas-sena 2021, ifaddal il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa livell ta’ 75 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għall-2021 u għas-snin sussegwenti sal-2030; u

(b) 

fir-rigward tas-snin mill-2022 sal-2029, ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta’ 25 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal-2030.

Artikolu 5 4.
Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa mhux aktar minn 10 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta’ sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, u sa mhux aktar minn 15 % fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2030. L-Istat Membru riċeventi jista’ juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.
Artikolu 5 5.
Stat Membru li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rieżaminati tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, filwaqt li jitqies l-użu ta’ flessibbiltajiet skont il-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista’ jittrasferixxi dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stati Membri oħrajn. L-Istat Membru riċeventi jista’ juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għal dik is-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.
Artikolu 5 5a.
Qabel kwalunkwe trasferiment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5, Stat Membru għandu jinforma, f’format elettroniku, lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/1999 bl-intenzjoni tiegħu li jittrasferixxi parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari.
Artikolu 5 6.
L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul, jew l-ekwivalenti tiegħu f’valur finanzjarju, iġġenerat permezz ta’ trasferimenti ta’ allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu u għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni pubblika f’forma faċilment aċċessibbli.
Artikolu 5 7.
Kwalunkwe trasferiment tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 jista’ jirriżulta minn proġett jew programm ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra mwettaq fl-Istat Membru li jkun qed ibiegħ u li jiġi rimunerat mill-Istat Membru riċeventi, bil-kondizzjoni li li jiġi evitat l-għadd doppju u tiġi żgurata t-traċċabbiltà.
Artikolu 5 8.
L-Istati Membri jistgħu jużaw il-krediti minn proġetti maħruġa skont l-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ebda valur limitu kwantitattiva, bil-kondizzjoni li jiġi evitat l-għadd doppju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit