|
+Artikolu 7 |
Artikolu 7Artikolu 7 Użu addizzjonali tal-assorbimenti netti mil-LULUCF
1.
Sal-punt li emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali ta’ emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari, inkluż kwalunkwe allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet mfaddla skont l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-Regolament, kwantità ta’ mhux aktar mis-somma ta’ assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà tal-art inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/841, tista’ titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:
(a)
il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2021 sal-2025 ma taqbiżx nofs l-ammont massimu ta’ assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru;
(aa)
il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2026 sal-2030 ma taqbiżx nofs l-ammont massimu ta’ assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru;
(b)
din il-kwantità taqbeż ir-rekwiżiti ta’ dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841;
(c)
l-Istat Membru ma akkwistax aktar assorbimenti netti skont ir-Regolament (UE) 2018/841 mingħand Stati Membri oħra milli jkun ittrasferixxa;
(d)
l-Istat Membru kkonforma mar-Regolament (UE) 2018/841; u
(e)
l-Istat Membru ppreżenta deskrizzjoni tal-użu intenzjonat tal-flessibbiltà disponibbli skont dan il-paragrafu f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. ▼M1 ————— 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|