+Artikolu 9 Kontroll tal-konformità
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.

Artikolu 9 Kontroll tal-konformità

Kontroll tal-konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Fl-2027 u fl-2032, jekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra riveduti ta’ Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perijodu, b’ kont meħud għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5, 6 u 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a) 

żieda maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru tas-sena ta’ wara ugwali għall-ammont f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra żejda, immultiplikat b’fattur ta’ 1,08, skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 12; u

(b) 

l-Istat Membru għandu jkun temporanjament ipprojbit milli jittrasferixxi kwalunkwe parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stat Membru ieħor sakemm jiġi konformi mal-Artikolu 4.

L-Amministratur Ċentrali għandu jimplimenta l-projbizzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fir-Reġistru tal-Unjoni.

Artikolu 9 2.
Jekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ Stat Membru fil-perjodu mill-2021 sal-2025 imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 jaqbżu l-assorbimenti tiegħu, kif iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament, l-Amministratur Ċentrali għandu jnaqqas mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru ammont ugwali għal dawk l-emissjonijiet ta’gassijiet serra żejda f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 għas-snin rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit