+Artikolu 10 Aġġustamenti
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
|
Artikolu 10 Aġġustamenti
Aġġustamenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament sabiex jirriflettu:
(a)
l-aġġustamenti għall-għadd ta’ kwoti tal-EU ETS maħruġa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE li rriżultaw minn bidla fil-kopertura tas-sorsi skont dik id-Direttiva, f’konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati skont dik id-Direttiva dwar l-approvazzjoni finali tal-pjanijiet ta’ allokazzjoni nazzjonali għall-perijodu mill-2008 sal-2012;
(b)
l-aġġustamenti għall-għadd ta’ kwoti jew krediti tal-EU ETS maħruġa, rispettivament, skont l-Artikoli 24 u 24a tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fi Stat Membru; u
(c)
l-aġġustamenti għall-għadd ta’ kwoti tal-EU ETS li jappartjenu għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn stallazzjonijiet esklużi mill-EU ETS skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE, għaż-żmien li jiġu esklużi.
|
|
Artikolu 10 2.
|
L-ammont li jinsab fl-Anness IV għandu jiżdied mal-allokazzjoni għas-sena 2021 għal kull Stat Membru msemmi f’dak l-Anness.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-figuri li jirriżultaw minn tali aġġustamenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|