+Artikolu 11 Riżerva ta’ sikurezza
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.

Artikolu 11 Riżerva ta’ sikurezza

Riżerva ta’ sikurezza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Riżerva ta’ sikurezza li tikkorrispondi għal kwantità ta’ mhux aktar minn 105 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti għas-CO2 għandha tiġi stabbilita fir-Reġistru tal-Unjoni soġġett għall-ilħuq tal-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1. Ir-riżerva ta’ sikurezza għandha tkun disponibbli flimkien mal-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7.
Artikolu 11 2.

Stat Membru jista’ jibbenefika mir-riżerva ta’ sikurezza bil-kondizzjoni li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-PDG tiegħu per capita bil-prezzijiet tas-suq fl-2013, kif ippubblikat mill-Eurostat f’April 2016, kien inqas mill-medja tal-Unjoni;

(b) 

l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kumulattivi tiegħu għas-snin mill-2013 sal-2020 fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament huma inqas mill-allokazzjonijiet kumulattivi annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin mill-2013 sal-2020; u

(c) 

l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu jaqbżu l-allokazzjonijiet ta’ emissjonijiet annwali fil-perijodu mill-2016 sal-2030, għalkemm:

(i) 

ikun eżawrixxa l-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 5(2) u (3);

(ii) 

ikun għamel l-użu massimu possibbli mill-assorbimenti netti skont l-Artikolu 7, anke jekk dik il-kwantità ma tilħaqx il-livell stabbilit fl-Anness III; u

(iii) 

ma jkun għamel l-ebda trasferiment nett lejn Stati Membri oħra skont l-Artikolu 5

Artikolu 11 3.
Stat Membru, li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandu jirċievi kwantità addizzjonali mir-riżerva ta’ sikurezza ta’ mhux aktar min-nuqqas tiegħu li trid tintuża għall-konformità skont l-Artikolu 9. Dik il-kwantità ma għandhiex taqbeż l-20 % tas-superament tal-objettiv globali tiegħu fil-perijodu mill-2013 sal-2020.

Jekk il-kwantità kollettiva li tirriżulta li jirċievu l-Istati Membri kollha li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu taqbeż il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantità li tiġi riċevuta minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha titnaqqas fuq bażi pro rata.

Artikolu 11 4.
Kwalunkwe ammont li jifdal fir-riżerva ta’ sikurezza wara d-distribuzzjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jitqassam fost l-Istati Membri msemmija f’dak is-subparagrafu b’mod proporzjonali għan-nuqqas li jifdlilhom, iżda mingħajr ma dan jinqabeż. Għal kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, dik il-kwantità tista’ tkun addizzjonali għall-perċentwal imsemmi f’dak is-subparagrafu.
Artikolu 11 5.
Wara tmiem ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 għas-sena 2020, il-Kummissjoni għandha, għal kull Stat Membru li jissodisfa l-kondizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tippubblika l-ammonti korrispondenti għal 20 % tas-superament tal-objettiv globali fil-perijodu mill-2013 sal-2020 kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit