+Artikolu 7 Garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.
---+Artikolu 7 9.
---+Artikolu 7 10.

Artikolu 7 Garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

Vjeġġi li għalihom hija meħtieġa notifika għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti, li tkopri dan kollu li ġej:

(a) 

l-ispejjeż tat-trasport tal-iskart;

(b) 

l-ispejjeż tal-irkupru jew tar-rimi, inklużi dawk ta’ kwalunkwe operazzjoni interim meħtieġa;

(c) 

l-ispejjeż tal-ħżin għal 90 jum.

Artikolu 7 2.

Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tkopri l-ispejjeż li jinħolqu fil-kuntest tal-każijiet kollha li ġejjin:

(a) 

meta vjeġġ, jew l-irkupru jew ir-rimi, ma jkunx jista’ jiġi komplut kif maħsub, kif imsemmi fl-Artikolu 22;

(b) 

meta vjeġġ, jew l-irkupru jew ir-rimi, ikun illegali, kif imsemmi fl-Artikolu 25.

Artikolu 7 3.
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tiġi stabbilita min-notifikatur jew minn persuna fiżika jew ġuridika oħra f’isem in-notifikatur u għandha tkun effettiva fil-mument tan-notifika jew, jekk l-awtorità kompetenti li tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti tippermetti dan, mhux aktar tard minn meta jiġi komplut id-dokument ta’ moviment f’konformità mal-Artikolu 16(2). Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tapplika għall-vjeġġ mhux aktar tard minn meta jibda l-vjeġġ.
Artikolu 7 4.
L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tapprova l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti, inkluż il-forma, it-test u l-ammont tal-kopertura.
Artikolu 7 5.
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tkun valida għall-vjeġġ u biex jiġu kompluti l-irkupru jew ir-rimi tal-iskart, kif ukoll tkoprihom.

Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tiġi rrilaxxata meta l-awtorità kompetenti li tkun approvata tkun irċeviet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(6) jew, meta xieraq, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(5) fir-rigward ta’ rkupru interim jew ta’ rimi interim.

Artikolu 7 6.
B’deroga mill-paragrafu 5, meta l-iskart ikun destinat għal irkupru interim jew rimi interim u l-irkupru sussegwenti jew ir-rimi sussegwenti jseħħ fil-pajjiż tad-destinazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni jistgħu jaqblu li l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti trid tiġi rilaxxata ladarba l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irċeviet iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 15(4). F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti li tiddeċiedi li tirrilaxxa l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha minnufih tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati bid-deċiżjoni tagħha, u kwalunkwe vjeġġ sussegwenti lejn faċilità għall-irkupru jew għar-rimi għandu jkun kopert minn garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti ġdida, dment li l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni ma tkunx sodisfatta li tali garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti mhijiex meħtieġa. F’dawk iċ-ċirkostanzi, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tkun responsabbli għall-obbligi li jinqalgħu fil-każ ta’ teħid lura meta l-vjeġġ jew l-irkupru sussegwenti jew ir-rimi sussegwenti ma jkunx jista’ jiġi komplut kif maħsub, kif imsemmi fl-Artikolu 22, jew fil-każ ta’ vjeġġ illegali, kif imsemmi fl-Artikolu 25.
Artikolu 7 7.
L-awtorità kompetenti fl-Unjoni li tkun approvat il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandu jkollha aċċess għal dik il-garanzija jew għal dik l-assigurazzjoni, u għandha tagħmel użu mill-finanzjament, inkluż għall-fini ta’ pagamenti lil awtoritajiet oħra kkonċernati, sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi li jinħolqu skont l-Artikoli 24 u 26.
Artikolu 7 8.
Fil-każ ta’ notifika ġenerali skont l-Artikolu 13, tista’ tiġi stabbilita garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkopri partijiet tan-notifika ġenerali, minflok waħda li tkopri n-notifika ġenerali sħiħa. F’tali każijiet, il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti għandha tapplika għall-partijiet tal-vjeġġ innotifikat li tkun tkopri fil-mument meta jiġi komplut id-dokument ta’ moviment f’konformità mal-Artikolu 16(2).
Artikolu 7 9.
Il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi rilaxxata meta l-awtorità kompetenti li tkun approvata tirċievi ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(6) jew, meta rilevanti, fl-Artikolu 15(5), fir-rigward ta’ rkupru interim jew ta’ rimi interim għall-iskart. Il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 7 10.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-istabbiliment ta’ metodu ta’ kalkolu armonizzat sempliċi u bbażat fuq ir-riskju għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ garanziji finanzjarji jew assigurazzjonijiet ekwivalenti u, jekk xieraq, tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi tali metodu ta’ kalkolu armonizzat sempliċi u bbażat fuq ir-riskju. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(2).

Fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, ir-regoli rilevanti tal-Istati Membri relatati mal-kalkolu tal-garanzija finanzjarja jew tal-assigurazzjoni ekwivalenti kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit