+Artikolu 17 Bidliet wara l-kunsens
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.

Artikolu 17 Bidliet wara l-kunsens

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Jekk issir kwalunkwe bidla essenzjali fid-dettalji jew fil-kundizzjonijiet tal-kunsens li jkun ingħata l-kunsens, in-notifikatur għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lid-destinatarju minnufih u, meta possibbli, qabel jibda vjeġġ. Bidliet essenzjali għandhom jitqiesu, fost l-oħrajn, il-bidliet imqabbla ma’ dawk indikati fin-notifika fil-kwantità ta’ skart, fir-rotta magħżula, inklużi rotot magħżula alternattivi possibbli, id-data jew id-dati tal-vjeġġ jew it-trasportatur jew it-trasportaturi, jew bidliet fid-durata tal-vjeġġ, minħabba ċirkostanzi mhux previsti li jokkorru wara l-bidu tal-vjeġġ, li jwasslu biex vjeġġ jaqbeż il-perjodu ta’ validità tiegħu.
Artikolu 17 2.
Fil-każ ta’ bidla essenzjali kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha ma jqisux li ebda notifika ġdida mhija meħtieġa u n-notifikatur għandu jiġi infurmat dwarha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lin-notifikatur mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievu l-informazzjoni skont il-paragrafu 1. Vjeġġ ippjanat ma għandux iseħħ qabel ma n-notifikatur ikun ġie infurmat mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Meta vjeġġ ikun diġà beda, in-notifikatur għandu jiżgura li l-konsenja titwaqqaf mill-aktar fis possibbli sa ma n-notifikatur jiġi infurmat mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jekk hijiex meħtieġa notifika ġdida.
Artikolu 17 3.
Meta l-bidliet essenzjali msemmija fil-paragrafu 1 jinvolvu awtoritajiet kompetenti għajr dawk ikkonċernati fin-notifika oriġinali, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit