Artikolu 32
Vjeġġi bejn reġjun ultraperiferiku u l-Istat Membru li jagħmel parti minnu
B’deroga mill-Artikolu 9(1) u (2), għal vjeġġi bejn reġjun ultraperiferiku ul-Istat Membru li jagħmel parti minnu, li jeħtieġu tranżitu tramite Stat Membru ieħor, il-kunsens taċitu mill-awtorità kompetenti tat-tranżitu jista’ jiġi preżunt jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda oġġezzjoni fi żmien sebat ijiem tax-xogħol mid-data li fiha n-notifikatur jiġi infurmat f’konformità mal-Artikolu 8(12) li n-notifika tkun ġiet kompluta kif suppost. Dak il-kunsens taċitu għandu jkun validu għall-istess perjodu kif indikat fil-kunsens bil-miktub mogħti mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 9(1).