+Artikolu 58 Tranżitu tramite l-Unjoni ta’ skart destinat għall-irkupru
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
|
Artikolu 58 Tranżitu tramite l-Unjoni ta’ skart destinat għall-irkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1.
|
Meta l-iskart destinat għall-irkupru jiġi ttrasportat tramite Stati Membri minn u lejn pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD, l-Artikolu 57 għandu japplika mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 58 2.
|
Meta l-iskart destinat għall-irkupru jiġi ttrasportat tramite Stati Membri minn u lejn pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, l-Artikolu 53 għandu japplika mutatis mutandis, bl-adattamenti u d-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)
l-ewwel u l-aħħar awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandha, meta jkun xieraq, tinforma lill-uffiċċju doganali tad-dħul u lill-uffiċċju doganali tal-ħruġ bid-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom li jagħtu kunsens għall-vjeġġ jew, jekk ikunu pprovdew kunsens taċitu, bil-konferma f’konformità mal-Artikolu 51(3), il-punt (b);
(b)
l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għandu, malli l-iskart ikun telaq mill-Unjoni, jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni li l-iskart ikun telaq mill-Unjoni;
(c)
awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni, jekk ikun meħtieġ, tista’ tirrikjedi garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti, jew garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti addizzjonali, wara li tkunu eżaminat mill-ġdid l-ammont ta’ kopertura ta’ kwalunkwe garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti stabbilita min-notifikatur.
|
|
Artikolu 58 3.
|
Meta l-iskart destinat għall-irkupru jiġi ttrasportat tramite Stati Membri minn pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD lejn pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD jew viċi versa, għandu japplika l-paragrafu 1 fir-rigward tal-pajjiż li għalih ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD u għandu japplika l-paragrafu 2 fir-rigward tal-pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|