+Artikolu 61 Dokumentazzjoni u evidenza
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.
---+Artikolu 61 5.
---+Artikolu 61 6.
---+Artikolu 61 7.

Artikolu 61 Dokumentazzjoni u evidenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 61 1.
L-ispezzjonijiet tal-vjeġġi għandhom jinkludu mill-inqas verifika tad-dokumenti, konferma tal-identità tal-atturi involuti f’dawk il-vjeġġi u, meta jkun xieraq, kontroll fiżiku tal-iskart.
Artikolu 61 2.

Sabiex jiġi aċċertat li sustanza jew oġġett li jkunu qed jinġarru bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar jew permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni mhumiex skart, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jitolbu lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess tas-sustanza kkonċernata jew tal-oġġett ikkonċernat, jew li torganizza l-ġarr tagħhom, biex tissottometti evidenza dokumentarja:

(a) 

rigward l-oriġini u d-destinazzjoni tas-sustanza jew l-oġġett ikkonċernati; u

(b) 

li dawn mhumiex skart, inkluż, fejn xieraq, evidenza tal-funzjonalità.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-protezzjoni tas-sustanza kkonċernata jew tal-oġġett ikkonċernat minn ħsara waqt it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt, bħal imballaġġ adegwat u stivar xieraq, għandha tiġi aċċertata wkoll.

Sabiex issir distinzjoni bejn oġġetti użati u skart, għall-fini ta’ spezzjoni, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1), it-tielet subparagrafu, kif ukoll kwalunkwe kriterju stabbilit skont l-Artikolu 29(3), meta applikabbli.

Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 23(2) u l-Anness VI tad-Direttiva 2012/19/UE u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 72(2) u l-Anness XIV tad-Direttiva (UE) 2023/1542.

Artikolu 61 3.

L-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jikkonkludu li s-sustanza jew l-oġġett ikkonċernati jkunu skart, meta:

(a) 

l-evidenza msemmija fil-paragrafu 2 jew meħtieġa skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni biex taċċerta li sustanza jew oġġett mhumiex skart, ma tkunx ġiet sottomessa fil-perjodu speċifikat minnhom; jew

(b) 

iqisu l-evidenza u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom bħala insuffiċjenti biex tintlaħaq konklużjoni, jew iqisu l-protezzjoni pprovduta kontra l-ħsara msemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, bħala insuffiċjenti.

Meta l-awtoritajiet ikunu kkonkludew li sustanza jew oġġett ikunu skart f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-ġarr tas-sustanza jew tal-oġġett ikkonċernati jew il-vjeġġ ta’ skart ikkonċernat għandu jitqies bħala vjeġġ illegali. Konsegwentement, dak il-vjeġġ għandu jiġi trattat f’konformità mal-Artikoli 25 u 26 u l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw b’dan lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn tkun saret l-ispezzjoni kkonċernata.

Artikolu 61 4.
Sabiex jiġi aċċertat jekk vjeġġ ta’ skart huwiex konformi ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jitolbu lin-notifikatur, lill-persuna li torganizza l-vjeġġ, lid-detentur tal-iskart, lit-trasportatur, lid-destinatarju u lill-faċilità li tirċievi l-iskart biex jissottomettulhom evidenza dokumentarja rilevanti fi żmien perjodu speċifikat minnhom, u jistgħu jżommu l-iskarti fi vjeġġ u, meta jkun meħtieġ, il-mezz tat-trasport li fih l-iskart, kif ukoll jissospendu t-trasport tal-iskart sakemm tali dokumentazzjoni tiġi pprovduta.
Artikolu 61 5.
Sabiex jiġi aċċertat jekk vjeġġ ta’ skart soġġett għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 18 huwiex destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru li jkunu f’konformità mal-Artikolu 59, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistgħu jirrikjedu lill-persuna li torganizza l-vjeġġ u lid-destinatarju biex jissottomettu evidenza dokumentarja rilevanti pprovduta mill-faċilità ta’ rkupru interim jew mhux interim u, jekk ikun meħtieġ, approvata mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni. F’każijiet ta’ esportazzjoni mill-Unjoni, l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet għandhom jirrikjedu evidenza dokumentarja dwar l-awditu mwettaq f’konformità mal-Artikolu 46.
Artikolu 61 6.
Meta l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4 jew 5 ma tkunx ġiet sottomessa lill-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet fil-perjodu speċifikat minnhom, jew iqisu l-evidenza u l-informazzjoni disponibbli għalihom bħala insuffiċjenti biex jaslu għal konklużjoni, il-vjeġġ ikkonċernat għandu jitqies bħala vjeġġ illegali u għandu jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikoli 25 u 26. L-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw b’dan lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn tkun saret l-ispezzjoni kkonċernata.
Artikolu 61 7.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tabella ta’ korrelazzjoni bejn il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda, previsti fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u l-entrati tal-iskart elenkat fl-Anness III, fl-Anness IIIA, fl-Anness IIIB, fl-Anness IV, u fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha żżomm dawn l-atti aġġornati, sabiex tirrifletti l-bidliet f’dik in-nomenklatura u fl-entrati elenkati f’dawk l-Annessi, kif ukoll sabiex tinkludi kwalunkwe kodiċi ġdid relatat mal-iskart tan-Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata li l-Organizzazzjoni Doganali Dinjija tista’ tadotta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(2). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1245 ( 14 ) għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm is-setgħa msemmija f’dan l-Artikolu tiġi eżerċitata mill-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit