+Artikolu 66 Grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.
---+Artikolu 66 4.
---+Artikolu 66 5.
|
Artikolu 66 Grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66 1.
|
Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ infurzar biex jiffaċilita u jtejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri għall-prevenzjoni u għad-detezzjoni ta’ vjeġġi illegali (il-“grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart”).
|
|
Artikolu 66 2.
|
Il-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart għandu jikkonsisti minn massimu ta’ tliet rappreżentanti għal kull Stat Membru, magħżula mill-persunal permanenti ddeżinjat li jkun responsabbli għall-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 65(2) jew mill-persunal permanenti ta’ awtoritajiet rilevanti oħra involuti fl-infurzar ta’ dan ir-Regolament, li għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri, li jinformaw lill-Kummissjoni. Dak il-grupp għandu jkun kopresedut mir-rappreżentant jew mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u minn rappreżentant ta’ Stat Membru elett mill-grupp.
|
|
Artikolu 66 3.
|
Il-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart għandu jkun forum għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ vjeġġi illegali, inklużi informazzjoni u intelligence dwar xejriet ġenerali relatati ma’ vjeġġi illegali ta’ skart, valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u esperjenza u għarfien dwar miżuri ta’ infurzar, kif ukoll għall-iskambju ta’ fehmiet dwar l-aħjar prattiki u għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti. Il-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart jista’ jeżamina kwalunkwe kwistjoni teknika relatata mal-infurzar ta’ dan ir-Regolament imqajma mill-presidenti, jew fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-membri tal-grupp jew tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 81.
|
|
Artikolu 66 4.
|
Il-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart għandu jiltaqa’ regolarment, mill-inqas darba fis-sena. Minbarra l-membri msemmija fil-paragrafu 2, il-presidenti jistgħu jistiednu għal-laqgħat jew għal partijiet tal-laqgħat, meta jkun xieraq, rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji, aġenziji, networks oħra jew partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.
|
|
Artikolu 66 5.
|
Il-Kummissjoni għandha twassal l-opinjonijiet espressi fil-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 81.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|