|
+Preamble: 1 |
Preamble: 1IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ), Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ), Waqt li jaġixxi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189(ċ) tat-Trattat ( 3 ),
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Dan ir-Regolament jimplimenta d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni ta' Montreal fir-rigward tat-trasport ta' passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru u jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet supplimentari. Jestendi wkoll l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet għat-trasport bl-ajru fi ħdan Stat Membru wieħed. L-Artikolu 2 1. Għall-fini ta' dan ir-Regolament: (a) “trasportatur bl-ajru”, tfisser impriża ta' trasport bl-ajru b'liċenzja valida għall-operat; (b) “Trasportatur bl-ajru Komunitarju”, tfisser trasportatur bl-ajru b'liċenzja valida għall-eżerċizzju mogħtija minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92; (ċ) “persuna intitolata għal kumpens”, tfisser passiġġier jew kull persuna intitolata biex tagħmel talba għal dak il-passiġġier, skond il-liġi applikabbli; (d) “bagalji”,, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, tfisser bagalji kemm reġistrati kemm mhux reġistrati skond it-tifsira ta' l-Artikolu 17(4) tal-Konvenzjoni ta' Montreal; (e) “SDR”, tfisser dritt speċjali ta' ġbid kif definit mill-Fond Monetarju Internazzjonali; (f) “Il-Konvenzjoni ta' Varsavja”, tfisser il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli Dwar it-trasport Internazzjonali bl-Ajru, iffirmata f'Varsavja nhar it-12 ta' Ottubru 1929, jew il-Konvenzjoni ta' Varsavja kif emendata fl-Aja fit-28 ta' Settembru 1955 u l-Konvenzjoni supplimentari għall-Konvenzjoni ta' Varsavja magħmula fi Guadalajara fit-18 ta' Settembru 1961; (g) “Il-Konvenzjoni ta' Montreal”, tfisser “il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli dwar it-trasport Internazzjoni bl-Ajru”,, iffirmata f'Montreal fit-28 ta' Mejju 1999. 2. Il-kunċetti misjuba f'dan ir-Regolament li mhumiex definiti fil-paragrafu 1 huma ekwivalenti għal dawk użati fil-Konvenzjoni ta' Montreal. L-Artikolu 3 1. Ir-responsabbiltà ta' trasportatur bl-ajru Komunitarju fir-rigward ta' passiġġieri u l-bagalji tagħhom tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni ta' Montreal pertinenti għal din ir-responsabbiltà. 2. L-obbligu ta' assigurazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 safejn tirrelata għar-responsabbiltà għall-passiġġieri għandha tiftiehem bħala li teħtieġ li trasportatur bl-ajru Komunitarju jkun assigurat sa livell li hu adegwat sabiex jiżgura li l-persuni kollha ntitolati għal kumpens jirċievu l-ammont kollu li huma ntitolati għalih skond dan ir-Regolament. L-Artikolu 3a Is-somma supplimentari li, skond l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni ta' Montreal, tista' tintalab minn trasportatur bl-ajru Komunitarju meta xi passiġġier jagħmel dikjarazzjoni speċjali ta' interess fil-konsenja tal-bagalji tiegħu f'destinazzjoni, għandha tiġi bażata fuq tariffa relatata ma' l-ispejjez addizzjonali nvoluti fit-trasport u fl-assigurazzjoni tal-bagalji kkonċernati, fuq dawk għal bagalji valutati fil- jew taħt il-limitu ta' responsabbiltà. It-tariffa għandha tkun disponibbli għall-passiġġieri li jitolbuha. ▼M1 ————— L-Artikolu 5 1. It-trasportatur bl-ajru Komunitarju għandu mingħajr dewmien, u f'kull każ sa mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata wara li l-identità tal-persuna fiżika intitolata għal kumpens tkun ġiet stabbilita, jagħmel ħlasijiet bħal dawn bil-quddiem kif jista' jkun meħtieġsabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati fil-proporzjon tat-tbatija sofferta. 2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, ħlas bil-quddiem ma jistax ikun anqas mill-ekwivalenti f'euro ta' 16 000 SDR għal kull passiġġier fil-każ ta' mewt. 3. Ħlas bil-quddiem ma jfissirx rikonoxximent ta' responsabbiltà u jista' jiġi paċut ma' xi somom sussegwenti mħallsa fuq bażi tar-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru Komunitarju, imma ma jistax jingħata lura, minbarra, fil-każijiet previsti fl-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni ta' Montreal jew meta l-persuna li tkun irċeviet il-ħlas bil-quddiem ma tkunx il-persuna intitolata għal kumpens. L-Artikolu 6 1. It-trasportaturi bl-ajru kollha għandhom, meta jbigħu trasport bl-ajru fil-Komunità, jiżguraw li sommarju tad-dispożizzjonijiet prinċipali li jirregolaw ir-responsabbiltà għall-passiġġieri u l-bagalji tagħhom, inklużi t-termini previsti għall-azzjoni għal kumpens u l-possibbiltà li jagħmlu dikjarazzjoni speċjali għal bagalji, ikun disponibbli għall-passiġġieri fil-postijiet ta' bejgħ kollha, inkluż bejgħ bit-telefon u permezz ta' l-Internet. Sabiex jikkonformaw ma' dan l-obbligu ta' informazzjoni, it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji għandhom jużaw l-avviż misjub fl-Anness. Dan is-sommarju jew avviż ma jistax jintuża bħala bażi għal talba għal kumpens, lanqas biex jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew tal-Konvenzjoni ta' Montreal. 2. B'żieda ma' l-obbligu ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, it-trasportaturi bl-ajru kollha għandhom, fir-rigward ta' trasport bl-ajru fornit jew mixtri fil-Komunità, jipprovdu lil kull passiġġier indikazzjoni bil-miktub ta': — il-limitu applikabbli għal dik it-titjira dwar ir-responsabbiltà tat-trasportatur fir-rigward ta' mewt jew ta' korriment, jekk limitu bħal dan jeżisti, — il-limitu applikabbli għal dik it-titjira dwar ir-responsabbiltà tat-trasportatur fir-rigward ta' distruzzjoni, telf jew ħsara lil bagalji u twissija li bagalji ta' valur akbar minn din il-figura għandhom jiġu dikjarati lill-linja ta' l-ajru fiċ-check in jew assigurati kompletament mill-passiġġier qabel il-vjaġġ, — il-limitu applikabbli għal dik it-titjira dwar ir-responsabbiltà tat-trasportatur għal ħsara kkaġunata minn dewmien. 3. Fil-każ tat-trasport kollu magħmul mit-trasportaturi bl-ajru Komunitarji, il-limiti indikati skond l-obbligi ta' informazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament sakemm it-trasportatur bl-ajru Komunitarji ma japplikax volontarjament limiti ogħla. Fil-każ tat-trasport kollu magħmul minn trasportaturi bl-ajru mhumiex Komunitarji, il-paragrafi 1 u 2 japplikaw biss fir-rigward ta' trasport lejn, minn jew fil-Komunità. L-Artikolu 7 Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data li fiha r-Regolament (KE) Nru 889/2002 ( 5 ) jibda jseħħ, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Partikolarment, il-Kummissjoni għandha teżamina l-bżonn li tirrevedi l-imposti msemmija fl-Artikoli relativi tal-Konvenzjoni ta' Montreal fid-dawl ta' żviluppi ekonomiċi u n-notifikazzjonijiet tad-Depożitarju ta' l-ICAO. L-Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sena wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|