|
+L-ANNESS |
L-ANNESSL-ANNESS Responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru għall-passiġġieri u l-bagalji tagħhom Dan l-avviż ta' informazzjoni jġib fil-qosor ir-regoli ta' responsabbiltà applikati mit-trasportaturi bl-ajru Komunitarji kif meħtieġ mid-dritt Komunitarju u mill-Konvenzjoni ta' Montreal. Kumpens fil-każ ta' mewt jew korriment M'hemmx limiti finanzjarji għar-responsabbiltà f'każta' korriment jew mewt tal-passiġġieri. Għal ħsarat sa 100 000 SDR (ammont approssimattiv f'munita lokali) it-trasportatur bl-ajru ma jistax jikkontesta t-talbiet għal kumpens. Għal ammont akbar minn dak, it-trasportatur bl-ajru jista' jiddefendi ruħu kontra talba billi jipprova li ma kienx negliġenti jew inkella b'mod ieħor bi ħtija. Pagamenti bil-quddiem Jekk passiġġier imut jew ikorri, it-trasportatur bl-ajru għandu jagħmel pagament bil-quddiem, biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati, fi żmien 15-il ġurnata mill-identifikazzjoni tal-persuna ntitolata għal kumpens. Fil-każ ta' mewt, dan il-pagament bil-quddiem m'għandux ikun anqas minn 16 000 SDR (ammont approssimattiv f'munita lokali). Dewmien lill-passiġġier Fil-każ ta' dewmien lill-passiġġier, it-trasportatur bl-ajru huwa responsabbli għall-ħsara sakemm ma jkunx ħa l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jevita l-ħsara jew kien impossibbli jieħu tali miżuri. Ir-responsabbiltà għad-dewmien lill-passiġġieri hi limitata għal 4 150 SDR (ammont approssimattiv f'munita lokali). Dewmien tal-bagalji Fil-każ ta' dewmien tal-bagalji, it-trasportatur bl-ajru hu responsabbli għall-ħsara sakemm ma jkunx ħa l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jevita l-ħsara jew kien impossibbli li jieħu tali miżuri. Ir-responsabbiltà għad-dewmien tal-bagalji hi limitata għal 1 000 SDR (ammont approssimattiv f'munita lokali). Qerda, telf jew ħsara tal-bagalji It-trasportatur bl-ajru hu responsabbli għall-qerda, telf jew ħsara tal-bagalji sa 1 000 SDR (ammont approssimattiv f'munita lokali). Fil-każ ta' bagalji reġistrati, hu responsabbli anki jekk ma jkollux ħtija, sakemm il-bagalji ma jkunux difettużi. Fil-każ ta' bagalji mhux reġistrati, it-trasportatur ikun responsabbli biss jekk ikollu ħtija. Limiti ogħla għall-bagalji Passiġġier jista' jibbenefika minn limitu ta' responsabbiltà ogħla billi jagħmel dikjarazzjoni speċjali mhux aktar tard miċ-check in u jħallas dritt supplementari. Ilmenti fuq bagalji F'każ ta' ħsara, dewmien, telf jew qerda tal-bagalji, il-passiġġier għandu jilmenta bil-miktub mal-linja ta' l-ajru malajr kemm jista' jkun. Fil-każ ta' ħsara f'bagalji reġistrati, il-passiġġier għandu jilmenta bil-miktub fi żmien sebat ijiem, u fil-każ ta' dewmien fi żmien 21 ġurnata, fiż-żewġ każijiet mid-data li fiha l-bagalji jiġu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-passiġġier. Responsabbilità tat-trasportaturi kontraenti u dawk effettivi Jekk it-trasportatur bl-ajru li fil-fatt jagħmel it-titjira ma jkunx it-trasportatur bl-ajru kontraenti, il-passiġġier ikollu d-dritt jindirizza l-ilment jew jagħmel it-talba għal ħsarat kontra kull wieħed minnhom. Jekk l-isem jew il-kodiċi ta' trasportatur bl-ajru jkun indikat fuq il-biljett, dak it-trasportatur bl-ajru jkun it-trasportatur bl-ajru kontraenti. Żmien limitu għall-azzjoni Kull azzjoni bil-qorti għad-danni għandha tiġi magħmula fi żmien sentejn mid-data tal-wasla ta' l-ajruplan, jew mid-data li fiha l-ajruplan kellu jasal. Bażi ta' l-informazzjoni Il-bażi tar-regoli imsemmija hawn fuq hija l-Konvenzjoni ta' Montreal tat-28 ta' Mejju 1999, li ġiet implimentata mill-Komunità bir-Regolament (KE) Nru 2027/97 (kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 889/2002) u mil-leġislazzjoni nazzjonali tal-Pajjiżi Membri. ( 1 ) ĠU C 104, ta' l-10.4.1996, p. 18 u ĠU C 29, tat-30.1.1997, p. 10. ( 2 ) ĠU C 212, tat-22.7.1996, p. 38. ( 3 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 1996 (ĠU C 320, tat-28.10.1996, p. 30), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Frar 1997 (ĠU C 123, tal-21.4.1997, p. 89) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 1997 (ĠU C 182, tas-16.6.1997). ( 4 ) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1. ( 5 ) ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|