+Taqsima 2
---+Artikolu 3 Ġestjoni tar-riskju tal-ICT

Taqsima 2

Taqsima 2

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 Ġestjoni tar-riskju tal-ICT

Artikolu 3

Ġestjoni tar-riskju tal-ICT

L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politiki u proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT li għandu jkun fihom dawn kollha li ġejjin:

(a) 

indikazzjoni tal-approvazzjoni tal-livell ta’ tolleranza tar-riskju għar-riskju tal-ICT stabbilit f’konformità mal-Artikolu 6(8), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(b) 

proċedura u metodoloġija għat-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT, li tidentifika:

(i) 

il-vulnerabbiltajiet u t-theddid li jaffettwaw jew li jistgħu jaffettwaw il-funzjonijiet tan-negozju appoġġati, is-sistemi tal-ICT u l-assi tal-ICT li jappoġġaw dawk il-funzjonijiet;

(ii) 

l-indikaturi kwantitattivi jew kwalitattivi biex jitkejlu l-impatt u l-probabbiltà tal-vulnerabbiltajiet u t-theddid imsemmija fil-punt (i);

(c) 

il-proċedura biex jiġu identifikati, implimentati u ddokumentati miżuri għat-trattament tar-riskju tal-ICT għar-riskji tal-ICT identifikati u vvalutati, inkluża d-determinazzjoni tal-miżuri għat-trattament tar-riskju tal-ICT meħtieġa biex ir-riskju tal-ICT jinġieb fil-livell tat-tolleranza tar-riskju msemmi fil-punt (a);

(d) 

għar-riskji residwali tal-ICT li jkunu għadhom preżenti wara l-implimentazzjoni tal-miżuri tat-trattament tar-riskju tal-ICT imsemmija fil-punt (c):

(i) 

dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni ta’ dawk ir-riskji residwali tal-ICT;

(ii) 

l-assenjazzjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet fir-rigward ta’:

(1) 

l-aċċettazzjoni tar-riskji residwali tal-ICT li jaqbżu l-livell ta’ tolleranza tar-riskju tal-entità finanzjarja msemmi fil-punt (a);

(2) 

għall-proċess ta’ rieżami msemmi fil-punt (iv) ta’ dan il-punt (d);

(iii) 

l-iżvilupp ta’ inventarju tar-riskji residwali tal-ICT aċċettati, inkluża ġustifikazzjoni għall-aċċettazzjoni tagħhom;

(iv) 

dispożizzjonijiet dwar ir-rieżami tar-riskji residwali tal-ICT aċċettati mill-anqas darba fis-sena, inklużi:

(1) 

l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe tibdil fir-riskji residwali tal-ICT;

(2) 

il-valutazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni disponibbli;

(3) 

il-valutazzjoni ta’ jekk ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-aċċettazzjoni tar-riskji residwali tal-ICT jkunux għadhom validi u applikabbli fid-data tar-rieżami;

(e) 

dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ ta’:

(i) 

kwalunkwe tibdil fix-xenarju tar-riskju tal-ICT u tat-theddid ċibernetiku;

(ii) 

vulnerabbiltajiet u theddid interni u esterni:

(iii) 

ir-riskju tal-ICT tal-entità finanzjarja li jippermetti l-individwazzjoni fil-pront ta’ tibdiliet li jistgħu jaffettwaw il-profil tar-riskju tal-ICT tagħha;

(f) 

dispożizzjonijiet dwar proċess biex jiġi żgurat li jitqies kwalunkwe tibdil fl-istrateġija tan-negozju u fl-istrateġija tar-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entità finanzjarja.

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (c), il-proċedura msemmija f’dak il-punt għandha tiżgura:

(a) 

il-monitoraġġ tal-effettività tal-miżuri għat-trattament tar-riskju tal-ICT implimentati;

(b) 

il-valutazzjoni ta’ jekk intlaħqux il-livelli ta’ tolleranza tar-riskju stabbiliti tal-entità finanzjarja;

(c) 

il-valutazzjoni ta’ jekk l-entità finanzjarja tkunx ħadet azzjonijiet biex tikkoreġi jew ittejjeb dawk il-miżuri meta meħtieġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit