|
+Artikolu 25 2. |
Artikolu 25 2.L-entitajiet finanzjarji għandhom jivvalutaw permezz tal-ittestjar tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 jekk ikunux kapaċi jiżguraw il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja. Dak l-ittestjar għandu:
(a)
jitwettaq abbażi ta’ xenarji ta’ ttestjar li jissimulaw tfixkil potenzjali, inkluż sett adegwat ta’ xenarji severi iżda plawżibbli;
(b)
jinkludi l-ittestjar tas-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, meta applikabbli;
(c)
għall-entitajiet finanzjarji, minbarra l-mikrointrapriżi, kif imsemmi fl-Artikolu 11(6), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2022/2554, ikun fih xenarji ta’ tibdil mill-infrastruttura primarja tal-ICT għall-kapaċità żejda, il-backups u l-faċilitajiet żejda;
(d)
ikun imfassal biex jisfida s-suppożizzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati l-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat, inklużi l-arranġamenti ta’ governanza u l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni dwar il-kriżijiet;
(e)
jinkludi proċeduri biex tiġi vverifikata l-kapaċità tal-persunal tal-entitajiet finanzjarji, tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, tas-sistemi tal-ICT u tas-servizzi tal-ICT li jwieġbu b’mod adegwat għax-xenarji debitament meqjusa f’konformità mal-Artikolu 26(2). Għall-finijiet tal-punt (a), l-entitajiet finanzjarji dejjem għandhom jinkludu fl-ittestjar ix-xenarji meqjusa għall-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat. Għall-finijiet tal-punt (b), l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu debitament ix-xenarji marbuta mal-insolvenza jew il-fallimenti tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jew marbuta mar-riskji politiċi fil-ġuriżdizzjonijiet tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, meta rilevanti. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ittestjar għandu jivverifika jekk mill-anqas funzjonijiet kritiċi jew importanti jistgħux jitħaddmu kif xieraq għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti, u jekk il-funzjonament normali jistax jerġa’ jiġi rrestawrat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|