+Artikolu 41 2.

Artikolu 41 2.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a) 

taqsima introduttorja li tipprovdi:

(i) 

deskrizzjoni tal-kuntest tar-rapport f’termini tan-natura, tal-iskala u tal-kumplessità tas-servizzi, tal-attivitajiet u tal-operazzjonijiet tal-entità finanzjarja, l-organizzazzjoni tal-entità finanzjarja, il-funzjonijiet kritiċi identifikati, l-istrateġija, il-proġetti jew l-attivitajiet ewlenin li għaddejjin, u r-relazzjonijiet, u d-dipendenza tal-entità finanzjarja fuq servizzi u sistemi tal-ICT interni u esternalizzati, jew l-implikazzjonijiet li telf totali jew degradazzjoni severa ta’ dawn is-sistemi jkollhom fuq funzjonijiet kritiċi jew importanti u fuq l-effiċjenza tas-suq;

(ii) 

sommarju fil-livell eżekuttiv tar-riskju kurrenti u qrib it-terminu tal-ICT identifikat, ix-xenarju tat-theddid, l-effettività vvalutata tal-kontrolli tiegħu u l-pożizzjoni tas-sigurtà tal-entità finanzjarja;

(iii) 

informazzjoni dwar iż-żona rrapportata;

(iv) 

sommarju tat-tibdiliet ewlenin fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT mir-rapport preċedenti;

(v) 

sommarju u deskrizzjoni tal-impatt ta’ tibdiliet kbar fil-qafas issimplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT mir-rapport preċedenti;

(b) 

meta applikabbli, id-data tal-approvazzjoni tar-rapport mill-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja;

(c) 

deskrizzjoni tar-raġunijiet għar-rieżami, inklużi:

(i) 

meta r-rieżami jkun inbeda wara struzzjonijiet superviżorji, evidenza ta’ dawn l-istruzzjonijiet;

(ii) 

meta r-rieżami jkun ingħata bidu wara l-okkorrenza ta’ inċidenti relatati mal-ICT, il-lista ta’ dawk l-inċidenti kollha relatati mal-ICT b’analiżi tal-kawżi ewlenin relatati mal-inċidenti;

(d) 

id-data tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu ta’ rieżami;

(e) 

il-persuna responsabbli għar-rieżami;

(f) 

sommarju tas-sejbiet, u awtovalutazzjoni tas-severità tad-dgħufijiet, tan-nuqqasijiet u tal-lakuni identifikati fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT għall-perjodu ta’ rieżami, inkluża analiżi ddettaljata tagħhom;

(g) 

miżuri ta’ rimedju identifikati biex jiġu indirizzati dgħufijiet, nuqqasijiet u lakuni fil-qafas issimplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, u d-data mistennija għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri, inkluż is-segwitu dwar id-dgħufijiet, in-nuqqasijiet u l-lakuni identifikati f’rapporti preċedenti, fejn dawk id-dgħufijiet, in-nuqqasijiet u n-nuqqasijiet għadhom ma ġewx irrimedjati;

(h) 

konklużjonijiet ġenerali dwar ir-rieżami tal-qafas issimplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, inkluż kwalunkwe żvilupp ippjanat ieħor.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit