+Artikolu 8 Klawżoli kuntrattwali
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
|
Artikolu 8 Klawżoli kuntrattwali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. Il-politika għandha tispeċifika li l-arranġamenti kuntrattwali rilevanti għandhom jkunu bil-miktub u għandhom jinkludi l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 30(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2022/2554. Il-politika għandha tinkludi wkoll elementi rigward ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, kif ukoll liġi rilevanti oħra tal-Unjoni u nazzjonali kif xieraq.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Il-politika għandha tispeċifika li l-arranġamenti kuntrattwali rilevanti għandhom jinkludu d-dritt li l-entità finanzjarja taċċessa l-informazzjoni, li twettaq spezzjonijiet u awditi, u li twettaq testijiet fuq l-ICT. Għal dak il-għan, il-politika għandha teżiġi li l-entità finanzjarja tuża l-metodi li ġejjin, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà aħħarija tal-entità finanzjarja:
|
(a)
|
l-awditu intern tagħha stess jew awditu minn parti terza maħtura;
|
|
(b)
|
fejn xieraq, awditi raggruppati u ttestjar aggregat tal-ICT, inkluż ittestjar tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid, li jiġu organizzati b’mod konġunt ma’ entitajiet finanzjarji kontraenti oħra jew ditti li jużaw servizzi tal-ICT tal-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT u li jitwettqu minn dawk l-entitajiet finanzjarji kontraenti jew ditti kontraenti jew minn parti terza maħtura minnhom;
|
|
(c)
|
fejn xieraq, ċertifikazzjonijiet ta’ partijiet terzi;
|
|
(d)
|
fejn xieraq, rapporti tal-awditjar interni jew ta’ partijiet terzi magħmula disponibbli mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
|
Artikolu 8 3
|
3. L-entità finanzjarja ma għandhiex maż-żmien tiddependi biss fuq iċ-ċertifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), jew fuq ir-rapporti tal-awditjar imsemmija fil-punt (d) ta’ dak il-paragrafu. Il-politika għandha tippermetti biss l-użu tal-metodi msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c) u (d), meta l-entità finanzjarja:
|
(a)
|
tkun sodisfatta bil-pjan tal-awditjar tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għall-arranġamenti kuntrattwali rilevanti;
|
|
(b)
|
tiżgura li l-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikazzjonijiet jew tar-rapporti tal-awditjar ikopri s-sistemi u l-kontrolli ewlenin identifikati minnu u jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti;
|
|
(c)
|
tivvaluta bir-reqqa l-kontenut taċ-ċertifikazzjonijiet jew tar-rapporti tal-awditjar fuq bażi kontinwa u tivverifika li r-rapporti jew iċ-ċertifikazzjonijiet ma jkunux obsoleti;
|
|
(d)
|
tiżgura li s-sistemi u l-kontrolli ewlenin ikunu koperti f’verżjonijiet futuri tar-rapport taċ-ċertifikazzjoni jew tal-awditjar;
|
|
(e)
|
tkun sodisfatta bil-kapaċità tal-parti li tiċċertifika jew tal-awditjar;
|
|
(f)
|
tkun sodisfatta li ċ-ċertifikazzjonijiet jinħarġu, u li l-awditi jitwettqu skont standards professjonali rilevanti rikonoxxuti b’mod wiesa’ u jinkludu test tal-effettività operazzjonali tal-kontrolli ewlenin fis-seħħ;
|
|
(g)
|
għandha d-dritt kuntrattwali li titlob, bi frekwenza li tkun raġonevoli u leġittima minn perspettiva ta’ ġestjoni tar-riskju, modifiki tal-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikazzjonijiet jew tar-rapporti tal-awditjar għal sistemi u kontrolli rilevanti oħra;
|
|
(h)
|
għandha d-dritt kuntrattwali li twettaq awditi individwali u raggruppati fid-diskrezzjoni tagħha fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali u teżegwixxi dawk id-drittijiet f’konformità mal-frekwenza miftiehma.
|
|
|
Artikolu 8 4
|
4. Il-politika għandha tiżgura li l-bidliet materjali fil-ftehim kuntrattwali għandhom jiġu formalizzati f’dokument bil-miktub li jkun datat u ffirmat mill-partijiet kollha u għandha tispeċifika l-proċess ta’ tiġdid għall-arranġamenti kuntrattwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|