|
+Preamble: 1 |
Preamble: 1Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat (88/361/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 69 u 70 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, sottomessa wara konsultazzjoni mal-Kumitat Monetarju [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-Artikolu 8a tat-Trattat jistipula li s-suq intern għandu jkopri qasam mingħajr fruntieri nterni li fih l-moviment ħieles ta' kapital huwa assigurat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattat; Billi l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jieħdu l-miżuri rekwiżiti biex jirregolaw il-likwidità bankarja; billi dawn il-miżuri għandhom ikunu ristretti għal dan l-iskop; Billi l-Istati Membri għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jieħdu miżuri biex jirrestrinġu, temporanjament u fil-qafas ta' proċeduri rilevanti tal-Komunità, movimenti ta' kapital short-term li, anke fejn mhemmx diverġenza apprezzabbli fil-fundamenti ekonomiċi, jistgħu serjament itellfu l-kondotta tal-politika tagħhom monetarja u tar-rata tal-kambju; Billi, fl-interessi tat-trasparenza, huwa kunsiljabbli li jkun indikat l-iskop, skond l-arranġamenti stipulati f'din id-Direttiva, tal-miżuri transizzjonali addottati għall-benefiċċju tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża bl-Att ta' Adeżjoni tal-1985 fil-qasam ta' movimenti kapitali; Billi r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża jistgħu, taħt it-termini ta' l-Artikoli 61 sa 66 u 222 sa 232 rispettivament tal-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985, jipposponu il-liberaliżazzjoni ta' ċerti movimenti ta' kapital b'deroga mill-obbligazzjonijiet elenkati fl-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 1960 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 86/566/KEE [4]; billi d-Direttiva 86/566/KEE tipprovdi wkoll għal applikazzjoni ta' arranġamenti transizzjonali għall-benefiċċju ta' dawk iż-żewġ Stati Membri rigward l-obbligazzjonijiet tagħhom biex jilliberiżżaw il-movimenti ta' kapital; billi huwa xieraq għal dawk iż-żewġ Stati Membri li jkunu f'pożizzjoni li jipposponu l-applikazzjoni tal-obbligazzjonijiet tal-liberaliżazzjoni ġodda li jirriżultaw minn din id-Direttiva; Billi R-repubblika Ellenika u l-Irlanda huma ffaċċjati, għalkemm fi gradi differenti, b'sitwazzjonijiet ta' bilanċ tal-pagamenti diffiċli u b'livelli għolja ta' dejn barrani; billi il-liberaliżazzjoni immedjata u kompleta tal-movimenti ta' kapital minn dawn iż-żewġ Stati Membri tagħmilha iktar diffiċli għalihom biex ikomplu japplikaw il-miżuri li ħadu biex jameljoraw il-posizzjonijiet esterni tagħhom u biex jirrinforzaw il-kapaċità tas-sistemi finanzjarji tagħhom li jaddottaw għal-bżonnijiet ta' suq finanzjarju integrat fil-Komunità; billi huwa xieraq, skond l-Artikolu 8c tat-Trattat, li jagħti lil dawk iż-żewġ Stati Membri, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, iktar żmien biex jikkonformaw ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn din id-Direttiva; Billi, ġaladarba l-liberaliżazzjoni sħiħa ta' movimenti ta' kapital tista' f'xi Stati Membri, u speċjalment f'oqsma ħdejn fruntieri, jikkontribwixxu għal diffikultajiet fis-suq għal residenzi sekondarji; billi leġislazzjoni nazzjonali eżistenti li tirregola dan ix-xiri m'għandhiex tkun affettwata bid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva; Billi għandu jittieħed vantaġġ tal-perijodu addottat biex tinġieb fis-seħħ din id-Direttiva sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li tissottometti proposti ddisinjati biex jeliminaw jew jirriduċu riskji ta' distorsjoni, evażjoni ta' taxxa u evitar ta' taxxa li jirriżultaw mid-diversità tas-sistemi nazzjonali għal tassazzjoni u li tippermetti lill-Kunsill sabiex jieħu pożizzjoni dwar tali proposti; Billi skond l-Artikolu 70(1) tat-Trattat, il-Komunità għandha tagħmel mill-aħjar biex tikseb l-ogħla grad possibbli ta' liberaliżazzjoni fir-rigward tal-moviment ta' kapital bejn ir-residenti tagħha u dawk ta' terzi pajjiżi; Billi movimenti ta' kapital fuq skala kbira u short-term għal jew minnterzi pajjiżi jista' jiddisturba serjament is-sitwazzjoni monetarja u finanzjarja ta' Istati Membri jew jikkawża stressijiet serji fis-swieq tal-kambju; billi tali żviluppi jistgħu jkunu ta' dannu għall-koeżjoni tas-Sistema Monetarja Ewropea, għal operazzjoni lixxa tas-suq intern u għall-kisba progressiva ta' unjoni ekonomika u monetarja; billi huwa għalhekk xieraq li jinħolqu l-kondizzjonijiet rekwiżiti għal azzjoni konċertata mill-Istati Membri kemm-il darba din tinħass meħtieġa; Billi d-direttiva tieħu post id-Direttiva tal-Kunsill 72/156/KEE tal-21 ta' Marzu 1972 dwar ir-regolament taċ-ċirkolazzjoni ta' kapital internazzjonali u n-newtraliżazzjoni tal-effetti mhux desiderabbli tagħhom fuq il-likwidità domestika [5]; billi d-Direttiva 72/156/KEE għandha għalhekk tkun irrevokata, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|