|
+Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat ---+Preamble: 1 ---+Artikolu 1 ---+Artikolu 2 ---+Artikolu 3 ---+Artikolu 4 ---+Artikolu 5 ---+Artikolu 6 ---+Artikolu 7 ---+Artikolu 8 ---+Artikolu 9 ---+Artikolu 10 |
English -
European Union -
Financial Industry -
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-TrattatId-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1988 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta' Ġunju 1988. Għall-Kunsill Il-President M. Bangemann [1] ĠU C 26, ta' l-1.2.1988, p. 1. [2] Opinjoni mogħtija fis-17 ta' Ġunju 1988 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 43, tat-12.7.1960, p. 921/60. [4] ĠU L 332, tas-26.11.1986, p. 22. [5] ĠU L 91, tat-18.4.1972, p. 13. -------------------------------------------------- L-ANNESS I NOMENKLATURA TAL-MOVIMENTI TA' KAPITAL LI HEMM RIFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1 TAD-DIRETTIVA F'din in-Nomenklatura, movimenti ta' kapital huma kklassifikati skond in-natura ekonomika tal-beni u l-obbligi li huma jikkonċernaw, iddenominati jew f'munita nazzjonali jew f'kambju esteru. Il-movimenti ta' kapital elenkati f'din in-Nomenklatura jiftiehmu li jkopru: - l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-iskopijiet ta' movimenti ta' kapital: konklużjoni u aġir tat-transazzjoni u trasferimenti relatati. It-transazzjoni ġeneralment hija bejn residenti ta' Stati Membri differenti għalkemm xi movimenti ta' kapital jitwettqu minn persuna waħda għall-akkont tiegħu stess (eż. trasferiment ta' beni li jappartjenu l-emigranti), - operazzjonijiet imwettqa minn kwalunkwe persuna naturali jew legali [1], li tinkludi operazzjonijiet fir-rigward ta' beni jew obbligi ta' Stati Membri jew amministrazzjonijiet u aġenziji pubbliki oħra, suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 68(3) tat-Trattat, - aċċess għall-operatur ekonomiku għat-tekniki finanzjarji kollha disponibbli fis-suq avviċinat għall-iskop tat-twettiq ta' l-operazzjoni in kwestjoni. Per eżempju, il-kunċett ta' akkwist ta' assigurazzjonijiet u strumenti finanzjarji oħra jkopri mhux biss transazzjonijiet fuq il-post imma wkoll it-tekniki kollha traffikanti disponibbli: transazzjonijiet bil-quddiem, transazzjonijiet li jġorru għażla jew garanzija, bdil kontra beni oħra, eċċ. Bl-istess mod, il-kunċett ta' operazzjonijiet f'kontijiet kurrenti u depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji, jinkludi mhux biss il-ftuħ u tqegħid ta' fondi fuq kontijiet imma anke transazzjonijiet ta' kambju esteru bil-quddiem, irrispettivament jekk dawn ikunux intenzjonati biex ikopru riskju ta' kambju jew biex jieħdu pożizzjoni ta' kambju esteru miftuħ, - operazzjonijiet biex ikunu likwidati jew assenjati beni mibnija, ripatrijazzjoni tal-qligħ tal-likwidazzjoni tagħhom [2] jew użu immedjat ta' tali qligħ fil-limiti ta' l-obbligazzjonijiet tal-Komunità, - operazzjonijiet biex jitħallsu krediti jew self. Din in-Nomenklatura mhix lista eżawrijenti għan-nozzjoni ta' movimenti ta' kapital - minħabba f'hekk insibu titolu XIII - F. "Movimenti ta' kapital oħra - Mixellanji". Għalhekk m'għandhiex tkun interpretata li tirrestrinġi l-iskop tal-prinċipju ta' liberaliżazzjoni sħIħa ta movimenti ta' kapital kif hemm riferenza għalih fl-Artikolu 1 tad-Direttiva. I - INVESTIMENTI DIRETTI [3] 1. L-istabbiliment u l-estensjoni ta' friegħi jew impriżi ġodda li jappartjenu biss għall-persuna li tipprovdi l-kapital, u l-akkwist sħiħ ta' impriżi eżistenti. 2. Parteċipazzjoni f'impriża ġdida jew eżistenti bi skop li jkunu stabbiliti jew mantenuti rabtiet ekonomiċi dewwiema. 3. Self fit-tul bi skop li jkunu stabbiliti jew mantenuti rabtiet ekonomiċi dewwiema. 4. Ri-investiment ta' profitti bi skop li jmantnu rabtiet ekonomiċi dewwiema. A - Investimenti diretti fuq territorju nazzjonali minn non-residenti [4] B - Investimenti diretti barra l-pajjiz minn residenti [5] II - INVESTIMENTI FIL-BINI (mhux inklużi taħt I) [6] A - Investimenti fil-proprjetà immobiljari fuq territorju nazzjonali minn non-residenti B - Investimenti fil-proprjetà immobiljari barra l-pajjiż minn residenti III - OPERAZZJONIJIET FL-ASSIGURAZZJONIJIET LI NORMALMENT INNEGOZJATI FUQ IS-SUQ TAL-KAPITAL (mhux inklużi taħt I, IV u V) (a) Ishma u assigurazzjonijiet oħra ta' natura parteċipattiva [7]. (b) Bonds [8]. A - Transazzjonijiet fl-assigurazzjonijiet fis-suq tal-kapital 1. Akkwist minn non-residenti ta' assigurazzjonijiet domestiċi negozjati fil-Borża [9] 2. Akkwist minn residenti ta' assigurazzjonijiet barranin negozjati fil-Borża [10] 3. Akkwist minn non-residenti ta' assigurazzjonijiet domestiċi mhux negozjati fil-Borża [11] 4. Akkwist minn residenti ta' assigurazzjonijiet barranin mhux negozjati fil-Borża [12] B - Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet fis-suq tal-kapital [13] (i) Introduzzjoni fil-Borża [14] (ii) Ħruġ u impjazzament f'suq kapitali (*). 1. Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet domestiċi għal suq ta' kapital barrani. 2. Amministrazzjoni ta' assigurazzjonijiet barranin għas-suq ta' kapital domestiku. IV - OPERAZZJONIJIET F'UNITAJIET TA' IMPRIŻI TA' INVESTIMENT KOLLETTIV [15] (a) Unitajiet ta' impriżi għall-investiment kollettiv f'assigurazzjonijiet normali negozjati fis-suq tal-kapital (ishma, ekwitajiet oħra u bonds). (b) Unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv f'assigurazzjonijiet jew strumenti normalment negozjati fis-suq tal-flus. (ċ) Unitajiet f'impriżi għal investiment kollettiv f'beni oħra. A - Transazzjonijiet f'unitajiet f'impriżi ta' investiment kollettiv 1. Akkwist minn non-residenti ta' unitajiet ta' impriżi nazzjonali negozjati fil-Borża [16] 2. Akkwist minn residenti ta' unitajiet ta' impriżi barranin negozjati fil-Borża [17] 3. Akkwist minn non-residenti ta' unitajiet ta' impriżi nazzjonali mhux negozjati fil-Borża [18] 4. Akkwist minn residenti ta' unitajiet ta' impriżi barranin mhux negozjati fil-Borża [19] B - Amministrazzjoni ta' unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv għas-suq kapitali (i) Introduzzjoni fil-Borża (ii) Ħruġ u pjazzament f'suq kapitali (*). 1. Amministrazzjoni ta' unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv nazzjonali għal suq kapitali barrani. 2. Ammssjoni ta' unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv barrani għas-suq tal-kapital domestiku. V - V OPERAZZJONIJIET F'ASSIGURAZZJONIJIET U STRUMENTI OĦRA NORMALMENT NEGOZJATI FIS-SUQ TAL-FLUS [20] A - Transazzjonijiet f'assigurazzjonijiet u strumenti oħra fis-suq tal-flus. 1. Akkwist minn non-residenti ta' assigurazzjonijiet u strumenti tas-suq tal-flus domestiku 2. Akkwist minn residenti ta' assigurazzjonijiet u strumenti tas-suq tal-flus barrani. B - Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet u strumenti oħra għas-suq tal-flus.Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet u strumenti oħra għas-suq tal-flus. (i) Introduzzjoni f'suq tal-flus magħruf (*) (ii) Ħruġ u pjazzament f'suq tal-flus magħruf. 1. Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet u strumenti domestiċi għal suq ta' flus barrani. 2. Ammissjoni ta' assigurazzjonijiet u strumenti barranin għas-suq ta' flus domestiku. VI - OPERAZZJONIJIET F'KONTIJIET KURRENTI U DEPOŻITI MA' STITUZZJONIJIET FINANZJARJI [21] A - Operazzjonijiet mwettqa minn non-residenti ma' stituzzjonijiet finanzjarji domestiċi B - Operazzjonijiet mwettqa minn residenti ma' stituzzjonijiet finanzjarji barranin VII - KREDITI RELATATI MA' TRANSAZZJONIJIET KUMMERĊJALI JEW GĦAL PROVIZJONI TA' SERVIZZI LI FIHOM QED JIPPARTEĊIPA RESIDENTI [22] 1. Terminu qasir (inqas minn sena). 2. Terminu medju (minn sena sa ħames snin). 3. Terminu twil (ħames snin jew iktar) A - Krediti konċessi minn non-residenti lil residenti B - Krediti konċessi minn residenti lil non-residenti VIII - SELF FINANZJARJU U KREDITI (mhux inklużi taħt I, VII u XI) [23] 1. Terminu qasir (inqas minn sena). 2. Terminu medju (minn sena sa ħames snin). 3. Terminu twil (ħames snin jew iktar) A - Self u krediti konċessi minn non-residenti lil residenti B - Self u krediti konċessi minn residenti lil non-residenti IX - ASSIGURAZZJONIJIET, GARANZIJI OĦRA U DRITTIJIET TA' PLEĠĠ A - Konċessi minn non-residenti lil residenti B - Konċessi minn residenti lil non-residenti X - TRASFERIMENTI FIT-TĦADDIM TA' KUNTRATTI TA' ASSIGURAZZJONI A - Premiums u pagamenti fir-rigward ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja 1. Kuntratti konklużi bejn kumpaniji ta' assigurazzjoni ta' ħajja domestiċi u non-residenti. 2. Kuntratti konklużi bejn kumpaniji ta' assigurazzoni ta' ħajja barranini u residenti. B - Premiums u pagamenti fir-rigward ta' assigurazzjoni ta' kreditu 1. Kuntratti konklużi bejn kumpaniji ta' assigurazzjoni ta' kreditu domestiċi u non-residenti. 2. Kuntratti konklużi bejn kumpaniji ta' assigurazzjoni ta' kreditu barranin u residenti. C - Trasferimenti oħra ta' kapital fir-rigward ta' kuntratti ta' assigurazzjoni XI - MOVIMENTI TA' KAPITAL PERSONALI A - Self B - Rigali u iddotar Ċ - Doti D - Wirt u legati E - Issetiljar ta' djun minn immigranti fil-pajjiż ta' residenza tagħhom ta' qabel F - Trasferimenti ta' beni kostitwiti minn residenti, fil-każ ta' emigrazzjoni, fiż-żmien ta' l-istallazzjoni tagħhom inkella waqt il-permanenza tagħhom barra l-pajjiz G - Trasferimenti, waqt il-permanenza tagħhom, ta' tifdil ta' immigranti lejn il-pajjiż tar-residenza tagħhom ta' qabel XII - IMPORTAZZJONI U ESPORTAZZJONI FIŻIKA TA' BENI FINANZJARJI A - Assigurazzjonijiet B - Mezzi ta' pagament ta' kull xorta XIII - MOVIMENTI TA' KAPITAL OĦRA A - Taxxi tal-mewt B - Ħsarat (fejn dawn jistgħu jkunu kkunsidrati bħala kapital) Ċ - Rifondi fil-każ ta' kanċellazzjoni ta' kuntratti u rifondi għal ħlasijiet mhux mistennija (fejn dawn jistgħu jkunu kkunsidrati bħala kapital) D - Ħlasijiet ta' l-Awturi: brevetti, disinji, tikketti u nvenzjonijiet (nomini u trasferimenti li joħorġu minn tali nomini) E - Trasferimenti ta' flejjes meħtieġa għaldproviżjoni ta' servizzi (mhux inklużi taħt VI) F - Mixellanji NOTI TA'SPJEGA Għall-iskopijiet ta' din in-Nomenklatura u d-Direttiva biss, l-espressjonijiet segwenti għandhom it-tifsirijiet assenjati lilhom rispettivament: Investimenti diretti Investimenti ta' kull xorta minn persuni naturali jew impriżi kummerċjali, industrijali jew finanzjarji, u li jservu biex jistabilixxu jew imantnu rabtiet dewwiema u diretti bejn persuna li tipprovdi l-kapital u l-intraprenditur li lilu jew l-impriża li lilha huwa disponibbli l-kapital sabiex twettaq attività ekonomika. Dan il-kuncett irid għalhekk ikun mifhum fl-iktar sens wiesgħa tiegħu. L-impriżi msemmija taħt I-1 tan-Nomenklatura jiinkludu impriżi indipendenti legali (sussidjarji posseduti kompletament) u friegħi. Rigward dawk l-impriżi msemmija f'I-2 tan-Nomenklatura li għandhom l-istatus ta' kumpaniji limitati b'ishma, hemm parteċipazzjoni fin-natura ta' investiment dirett fejn il-blokk ta' ishma miżmuma minn persuna naturali ta' impriża oħra jew kwalunkwe possessur ieħor jippermetti lill-possessur tal-ishma, jew in segwitu għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li jirrelataw għal kumpaniji limitati b'ishma jew mod ieħor, biex jipparteċipaw effettivament fl-immaniġġjar tal-kumpanija jew fil-kontroll tagħha. Self għal terminu twil ta' natura parteċipattiva, msemmi taħt I-3 tan-Nomenklatura, jfisser self għal perijodu ta' iktar minn ħames snin li jsir għall-iskop ta' stabbiliment jew manteniment ta' irbit ekonomiku dewwiem. L-eżempji ewlenin li jistgħu jkunu msemmija huma self konċess minn kumpanija lis-sussidjarji tagħha, jew lil kumpaniji li fihom għandha sehem u self marbut ma' ftehim ta' qsim ta'profitti. Self konċess minn istituzzjonijiet finanzjarji bl- iskop li jiġu stabbiliti u mantenuti rbit ekonomiku dewwiemi huma wkoll inklużi taħt dan it-titolu. Investimenti fi proprjetà immobiljari Xiri ta' bini u art u l-kostruzzjoni ta' bini minn persuni privati għall-qligħ jew għall-użu personali Din il-kategorija tinkludi wkoll drittijiet ta' użufrutt, sollievi u drittijiet tal-bini. Introduzzjoni f'borża jew f'suq tal-flus magħruf Aċċess - skond proċedura speċifika - għal assigurazzjonijiet u strumenti oħra negozjabbli għal trattamenti, kemm jekk ikkontrollati uffiċjalment jew le, f'borża magħrufa uffiċjalment j ew f'settur ta' suq tal-flus magħruf uffiċjalment. Assigurazzjonijiet negozjati f'borża (ikkwotati u mhumiex) Assigurazzjonijiet li fihom it-trattamenti huma kkontrollati minn regolamenti, li l-prezzijiet tagħhom huma ppubblikati regolarment, jew mill-boroż uffiċċjali (assigurazzjonijiet ikkwotati) jew minn korpi oħra marbuta ma borża - per. eż. kumitati ta' banek (assigurazzjonijiet mhux kwotati). Ħruġ ta' assigurazzjonijiet u strumenti negozjabbli oħra Bejgħ permezz ta' offerta lill-pubbliku. Pjazzament ta' assigurazzjonijiet u strumenti negozjabbli oħra Il-bejgħ dirett ta' assigurazzjonijiet minn min joħroġhom jew mill-konsorzju li min joħroġhom ta' struzzjonijiet biex ibiegħhom, mingħajr ma ssir offerta lill-pubbbliku. Assigurazzjonijiet domestiċi u barranin u strumenti oħra Assigurazzjonijiet skond il-pajjiż li fih min joħroġhom għandu l-post ewlieni tiegħu tan-negozju. Akkwist mir-residenti ta' assigurazzjonijiet domestiċi u strumenti oħra maħruġa fi klassifiki (?) ta' suq barrani bħala l-akkwist ta' assigurazzjonijiet barranin. Ishma u assigurazzjonijiet oħra ta' natura parteċipattiva Inklużi drittijiet biex tabbona f'ħarġiet ġodda ta' ishma. Bonds Assigurazzjonijiet negozjabbli b'maturita ta' sentejn jew iktar mill-ħruġ li r-rata ta' interess tagħhom u t-termini għar-rimborż tal-kapital u l-pagament ta'l-interessi huma determinati fiż-żmien tal-ħruġ. Impriżi ta'investiment kollettiv (Untertakings): - li l-objettiv tagħhom huwa l-investiment kollettiv f'assigurazzjonijiet transferibbli jew beni oħra tal-kapital li jiġbru u li joperaw fuq il-prinċipju ta' frix ta' riskju, u - l-unitajiet li tagħhom huma, fuq talba tal-possessuri, taħt kondizzjonijiet legali, kontrattwali jew statutorji li jirregolawhom, mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-beni ta' dawk l-impriżi. Azzjoni meħuda minn impriża ta' investiment kollettiva biex tassigura li l-valur tal-unitajiet tagħha fil-borża ma tvarjax sinifikatament mill-valur tagħhom ta' beni netti għandha tkun meqjusa bħala ekwivalenti għal tali xiri mill-ġdid jew fidwa. Tali impriżi jistgħu jiġu kostitwiti skond il-liġi jew taħt il-liġi tal-kuntratt (bħala fondi komuni immaniġġjati minn kumpaniji tal-immaniġġjar) jew il-liġi ta'fiduċja (bħala unitajiet ta' fiduċja) jew taħt statut (bħala kumpaniji ta' investiment). Għall-iskopijiet tad-Direttiva, "fondi komuni" għandha tinkludi wkoll unitajiet ta' fiduċja. Assigurazzjonijiet u strumenti oħra normalment negozjati fis-suq tal-flus Kambjali tat-Teżor u kambjali oħra negozzjabbli, ċertifikati ta' depożitu, aċċettazzjonijiet bankarji, karta kummerċjali u strumenti oħra simili. Krediti relatati ma' transazzjonijiet kummerċjali jew ma-forniment ta' servizzi Krediti ta' kummerċ kontrattwali (avanzi jew pagamenti bin-nifs fir-rigward ta' xogħol li qed jitwettaq jew ordnat u termini ta' pagament estiżi, kemm jekk jinvolvu jew ma jinvolvux sottoskrizzjoni għal kont kummerċjali) u l-iffinanzjar tagħhom bi krediti pprovduti minn istituzzjonijiet ta' kreditu. Din il-kategorija tinkludi wkoll operazzjonijiet fattorjali. Self finanzjarju u krediti Iffinanzjar ta' kull xorta konċess minn istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż iffinanzjar relatat ma' transazzjonijiet kummerċjali jew mad-dispożizzjoni ta' servizzi li fihom ebda resident m'hu jipparteċipa. Din il-kategorija tinkludi wkoll ipotetiku ta' self, kreditu tal-konsumatur u kiri finanzjarju, kif ukoll faċilitajiet ta' għajnuna u faċilitajiet ta' ħruġ ta' noti oħri. Residenti jew non-residenti Persuni naturali u legali skond id-definizzjonijiet stipulati fir-regoli tal-kontroll tal-kambju fis-seħħ f'kull Stat Membru. Qligħ ta' likwidità (ta' investimenti, assigurazzjonijiet, eċċ.) Qligħ minn bejgħ inkluż kwalunkwe apprezzament ta' kapital, ammonti ta' rimborż, qligħ mill-eżekuzzjoni ta' sentenzi, eċċ. Persuni naturali u legali Kif definit bir-regoli nazzjonali. Istituzzjonijiet finanzjarji Banek, banek tat-tifdil u istituzzjonijiet li jispeċjalizzaw fid-dispożizzjoni ta' kreditu ta' terminu qasir, terminu medju u terminu fit-tul, u kumpanji ta' l-assigurazzjoni, soċjetajiet tal-bini, kumpaniji ta' investiment u istituzzjonijiet oħra ta' karattru simili. Istituzzjonijiet ta' kreditu Banek, banek tat-tifdil u stituzzjonijiet li jispeċjalizzaw fid-dispożizzjoni ta' kreditu ta' terminu qasir, terminu medju u terminu fit-tul. [1] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [2] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [3] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [4] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [5] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [6] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [7] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [8] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [9] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [10] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [11] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [12] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [13] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [14] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [15] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [16] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [17] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [18] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [19] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [20] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [21] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [22] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. [23] Ara n-Noti ta' Spjega t'hawn taħt. -------------------------------------------------- L-ANNESS II LISTA T'OPERAZZJONIJIET LI HEMM RIFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 3 TAD-DIRETTIVA Ir-restrizzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-movimenti ta' kapital elenkati hawn fuq jridu jkunu definiti u applikati b'tali mod li jikkawżaw l-inqas tfixkil possibbli għall-moviment ħieles ta' persuni, oġġetti u servizzi Natura ta l-operazzjoni | Titolu | Operazzjonijiet f'assigurazzjonijiet u strumenti oħra normalment amministrati fis-suq tal-flus | V | Operazzjonijiet f'konti kurrenti u depożiti ma'istituzzjonijiet finanzjarji | VI | Operazzjonijiet f'unitajiet t'impriżi ta' investiment kollettiv | IV-A u B(ċ) | -impriżi għal investiment f'assigurazzjonijiet jew strumenti normalment amministrati fis-suq tal-flus | | Self u krediti finanzjarji | VIII-A u B-1 | - Terminu qasir | | Movimenti ta' kapital personali | XI-A | - self | | Importazzjoni u esportazzjoni ta' beni finanzjarji | XII | - assigurazzjonijiet normalment amministrati fis-suq tal-flus | | - mezzi ta' ħlas | | Movimenti ta' kapital ieħor: Mixellanja | XIII-F | - operazzjonijiet ta' terminu qasir simili għal dawk elenkati hawn fuq | | -------------------------------------------------- 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|