+Artikolu 20 (a)
|
Artikolu 20 (a)
abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni sabiex:
|
(i)
|
jistabbilixxu l-kontenut tar-rapporti għal inċidenti kbar relatati mal-ICT sabiex jirrifletti l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u jinkorpora aktar elementi, bħal dettalji biex tiġi stabbilita r-rilevanza tar-rappurtar għal Stati Membri oħra u jekk jikkostitwix inċident kbir operazzjonali jew tas-sigurtà relatat ma’ pagamenti;
|
|
(ii)
|
jiddeterminaw il-limiti ta’ żmien għan-notifika inizjali u għal kull rapport imsemmi fl-Artikolu 19(4);
|
|
(iii)
|
jistabbilixxu l-kontenut tan-notifika għal theddid ċibernetiku sinifikanti.
|
Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom iqisu d-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha, u b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat li, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-punt (a), il-punt (ii), limiti ta’ żmien differenti jistgħu jirriflettu, kif xieraq, l-ispeċifiċitajiet tas-setturi finanzjarji, mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ approċċ konsistenti għar-rapportar ta’ inċidenti relatati mal-ICT f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-Direttiva (UE) 2022/2555. L-ASE għandhom, kif applikabbli, jipprovdu ġustifikazzjoni meta jiddevjaw mill-approċċi meħuda fil-kuntest ta’ dik id-Direttiva.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|