“6. CSD għandu jidentifika, jimmonitorja u jiġġestixxi r-riskji li l-parteċipanti ewlenin fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli li jopera, kif ukoll fornituri ta’ servizzi u utilitajiet, u CSDs jew infrastrutturi tas-suq oħra, jistgħu jippreżentaw għall-operazzjonijiet tiegħu. Huwa għandu, fuq talba, jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti u rilevanti b’informazzjoni dwar kwalunkwe tali riskju identifikat. Għandu jinforma wkoll mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet rilevanti bi kwalunkwe inċident operazzjonali, għajr b’rabta mar-riskju tal-ICT, li jirriżulta minn tali riskji.”;