+Artikolu 61 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 909/2014
---+Artikolu 61 (1)
---+Artikolu 61 (2)
---+Artikolu 61 (3)
---+Artikolu 61 (4)
---+Artikolu 61 (5)
|
Artikolu 61 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 909/2014
L-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 huwa emendat kif ġej:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 (1)
|
il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“1. CSD għandu jidentifika s-sorsi ta’ riskju operazzjonali, kemm interni kif ukoll esterni, u jimminimizza l-impatt tagħhom ukoll permezz tal-iskjerament ta’ għodod, proċessi u politiki tal-ICT xierqa stabbiliti u ġestiti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), kif ukoll permezz ta’ kwalunkwe għodod, kontrolli u proċeduri rilevanti oħrajn xierqa għal tipi oħrajn ta’ riskju operazzjonali, inkluż għas-sistemi kollha ta’ saldu tat-titoli li huwa jopera.
(*3) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p1).”;"
|
|
Artikolu 61 (2)
|
jitħassar il-paragrafu 2;
|
|
Artikolu 61 (3)
|
il-paragrafi 3 u 4 jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:
“3. Għas-servizzi li jipprovdi kif ukoll għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jħaddem, CSD għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm pjan adegwat ta’ kontinwità tal-operat u ta’ rkupru minn diżastri, inkluż politika ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICTstabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554, biex jiġu żgurati l-preservazzjoni tas-servizzi tiegħu, l-irkupru bla dewmien tal-operazzjonijiet u t-twettiq tal-obbligi tas-CSD fil-każ ta’ avvenimenti li jippreżentaw riskju sinifikanti ta’ tfixkil tal-operazzjonijiet.
4. Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jipprevedi l-irkupru tat-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-parteċipanti kollha fil-ħin tat-tfixkil biex il-parteċipanti ta’ CSD ikunu jistgħu jkomplu joperaw b’ċertezza u jlestu s-saldu fid-data skedata, inkluż billi jiġi żgurat li s-sistemi kritiċi tal-IT ikunu jistgħu jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet mill-ħin tat-tfixkil kif previst fl-Artikolu 12(5) u (7) tar-Regolament (UE) 2022/2554”;
|
|
Artikolu 61 (4)
|
il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“6. CSD għandu jidentifika, jimmonitorja u jiġġestixxi r-riskji li l-parteċipanti ewlenin fis-sistemi ta’ saldu tat-titoli li jopera, kif ukoll fornituri ta’ servizzi u utilitajiet, u CSDs jew infrastrutturi tas-suq oħra, jistgħu jippreżentaw għall-operazzjonijiet tiegħu. Huwa għandu, fuq talba, jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti u rilevanti b’informazzjoni dwar kwalunkwe tali riskju identifikat. Għandu jinforma wkoll mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet rilevanti bi kwalunkwe inċident operazzjonali, għajr b’rabta mar-riskju tal-ICT, li jirriżulta minn tali riskji.”;
|
|
Artikolu 61 (5)
|
fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“7. L-ESMA għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-riskji operazzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 6, għajr ir-riskju tal-ICT, u l-metodi biex tittestja, tindirizza jew timminimizza dawk ir-riskji, inkluż il-politiki ta’ kontinwità tal-operat u l-pjanijiet ta’ rkupru minn diżastri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom.”.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|