1. L-entitajiet marbutin b’obbligu ma għandhomx iwettqu tranżazzjonijiet li jafu jew jissuspettaw li jkunu relatati ma’ rikavat ta’ attività kriminali jew mal-finanzjament tat-terroriżmu qabel ma jkunu ppreżentaw rapport f’konformità mal-Artikolu 69(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u jkunu kkonformaw ma’ kwalunkwe struzzjoni speċifika ulterjuri mill-FIU jew minn awtorità kompetenti oħra skont id-dritt applikabbli. L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jwettqu t-tranżazzjoni kkonċernata wara li jkunu vvalutaw ir-riskji li jipproċedu bit-tranżazzjoni jekk ma jkunux irċevew struzzjonijiet għall-kuntrarju mill-FIU fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol mill-preżentazzjoni tar-rapport.