1. L-entitajiet marbutin b’obbligu u d-diretturi u l-impjegati tagħhom, jew il-persuni f’pożizzjonijiet komparabbli, inkluż aġenti u distributuri, ma għandhomx jiddivulgaw lill-klijent ikkonċernat jew lil partijiet terzi oħrajn il-fatt li qed jiġu jew ġew ivvalutati tranżazzjonijiet jew attivitajiet f’konformità mal-Artikolu 69, li qed tintbagħat, ser tintbagħat jew intbagħtet informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 69 jew 70 jew li qed issir jew tista’ ssir analiżi dwar ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.