5. Għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (1), (2), (3)(a) u (b), f’każijiet relatati mal-istess tranżazzjoni li tinvolvi żewġ entitajiet marbutin b’obbligu jew aktar, u b’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tista’ ssir divulgazzjoni bejn l-entitajiet rilevanti marbutin b’obbligu dment li jkunu jinsabu fl-Unjoni, jew ma’ entitajiet f’pajjiż terz li jimponi rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament, u li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data personali.