4. Fejn, fl-10 ta’ Lulju 2027, il-proċedimenti legali marbutin mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu suspettat ikunu pendenti fi Stat Membru, u entità marbuta b’obbligu jkollha informazzjoni jew dokumenti dwar dawk il-proċedimenti pendenti, l-entità marbuta b’obbligu tista’ żżomm dik l-informazzjoni jew dawk id-dokumenti għal perjodu ta’ ħames snin mill-10 ta’ Lulju 2027.
L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għad-dritt penali nazzjonali dwar l-evidenza applikabbli għall-investigazzjonijiet kriminali u għall-proċedimenti legali li jkunu għaddejjin, jippermettu jew jirrikjedu ż-żamma ta’ tali informazzjoni jew dokumenti għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin, fejn in-neċessità u l-proporzjonalità ta’ tali żamma ulterjuri jkunu ġew stabbiliti għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu suspettat.