1. Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48), kull FIU għandha tibgħat mingħajr dewmien ir-riżultati tal-analiżijiet tagħha u kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali lill-OLAF meta jkun hemm raġunijiet validi biex wieħed jissuspetta li qed jitwettqu jew twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom l-OLAF jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament.