1. Detentur tad-data jista' japplika miżuri tekniċi ta' protezzjoni adatti, inkluż kuntratti intelliġenti u kriptaġġ, biex jipprevjeni aċċess mhux awtorizzat għad-data, inkluż metadata , u biex jiżgura l-konformità mal-Artikoli 4, 5, 6, 8 u 9, kif ukoll mat-termini kuntrattwali miftiehma biex id-data tkun magħmula disponibbli. Tali miżuri tekniċi ta' protezzjoni ma għandhomx jiddiskriminaw bejn ir-riċevituri tad-data jew ifixklu d-dritt ta’ utent li jikseb kopja tad-data, jirkupraha, jużaha jew ikollu aċċess għaliha, biex jipprovdi data lil partijiet terzi skont l-Artikolu 5 jew kwalunkwe dritt ta' parti terza f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. L-utenti, il-partijiet terzi u r-riċevituri tad-data ma għandhomx ibiddlu jew ineħħu tali miżuri tekniċi ta' protezzjoni sakemm ma jkunx hemm qbil mid-detentur tad-data.