5. Meta korp tas-settur pubbliku,il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni jkollhom l-intenzjoni li jittrażmettu jew jagħmlu d-data disponibbli skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien żejjed lid-detentur tad-data li mingħandu tkun waslet id-data, u jiddikjaraw l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-organizzazzjoni jew tal-individwu li jkun qed jirċievi d-data, l-għan tat-trażmissjoni jew tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data, il-perjodu li għalih tintuża d-data u l-miżuri ta' protezzjoni teknika u organizzattivi meħuda, inkluż fejn ikunu involuti data personali jew sigrieti kummerċjali. Meta d-detentur tad-data ma jaqbilx mat-trażmissjoni jew mat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data, huwa jista' jressaq ilment mal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-detentur tad-data.