1. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ftehim ma’ pajjiż terz jew ma’ territorju li jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) kif imsemmi fl-Artikolu 355 TFUE (il-“pajjiż jew territorju kkonċernat”), li jinkludu derogi minn dan ir-Regolament, sabiex jippermettu li t-trasferimenti ta’ fondi bejn dak il-pajjiż jew it-territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta’ fondi f’dak l-Istat Membru.
Tali ftehimiet jistgħu jkunu awtorizzati biss fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
il-pajjiż jew it-territorju konċernat jikkondividi unjoni monetarja mal-Istat Membru konċernat jew jifforma parti miż-żona monetarja ta’ dak l-Istat Membru jew ikun iffirma konvenzjoni monetarja mal-Unjoni rappreżentata minn Stat Membru;
|
|
(b)
|
il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fil-pajjiż jew it-territorju konċernat jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi ta’ pagament u ta’ saldu f’dak l-Istat Membru;
|
|
(c)
|
il-pajjiż jew territorju konċernat jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti taħt dan ir-Regolament.
|