+Artikolu 35 Ftehimiet ma’ pajjiżi u territorji li ma jifformawx parti mit-territorju tal-Unjoni
---+Artikolu 35 1
---+Artikolu 35 2
---+Artikolu 35 3
---+Artikolu 35 4
---+Artikolu 35 5
---+Artikolu 35 6

Artikolu 35 Ftehimiet ma’ pajjiżi u territorji li ma jifformawx parti mit-territorju tal-Unjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1

1.   Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ftehim ma’ pajjiż terz jew ma’ territorju li jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) kif imsemmi fl-Artikolu 355 TFUE (il-“pajjiż jew territorju kkonċernat”), li jinkludu derogi minn dan ir-Regolament, sabiex jippermettu li t-trasferimenti ta’ fondi bejn dak il-pajjiż jew it-territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta’ fondi f’dak l-Istat Membru.

Tali ftehimiet jistgħu jkunu awtorizzati biss fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-pajjiż jew it-territorju konċernat jikkondividi unjoni monetarja mal-Istat Membru konċernat jew jifforma parti miż-żona monetarja ta’ dak l-Istat Membru jew ikun iffirma konvenzjoni monetarja mal-Unjoni rappreżentata minn Stat Membru;

(b)

il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament fil-pajjiż jew it-territorju konċernat jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi ta’ pagament u ta’ saldu f’dak l-Istat Membru;

(c)

il-pajjiż jew territorju konċernat jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 35 2

2.   Stat Membru li jixtieq jikkonkludi xi ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni u jagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tat-talba.

Artikolu 35 3

3.   Hekk kif il-Kummissjoni tirċievi tali talba, it-trasferimenti ta’ fondi bejn dak l-Istat Membru u l-pajjiż jew it-territorju konċernat għandhom ikunu proviżorjament trattati bħala trasferimenti ta’ fondi f’dak l-Istat Membru, sakemm tittieħed deċiżjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 35 4

4.   Jekk, fi żmien xahrejn minn meta tirċievi t-talba, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma għandhiex l-informazzjoni kollha neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba, hija għandha tikkuntattja lill-Istat Membru konċernat u tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Artikolu 35 5

5.   Fi żmien xahar mir-riċezzjoni tal-informazzjoni kollha li tikkunsidra meħtieġa għall-valutazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kif meħtieġ u tittrażmetti kopji tat-talba lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 35 6

6.   Fi żmien tliet xhur min-notifika msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 34(2) jekk tawtorizzax lill-Istat Membru konċernat sabiex jikkonkludi l-ftehim li jkun is-suġġett tat-talba.

Il-Kummissjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tadotta deċiżjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fi żmien 18-il xahar mir-riċezzjoni tat-talba.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit