3. Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi;
|
|
(b)
|
valutazzjoni tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-konformità mal-obbligi imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi skont dan ir-Regolament, inkluż tal-aħħar żvilupp f’soluzzjonijiet teknoloġikament tajbin u interoperabbli għall-konformità ma’ dan ir-Regolament u tal-użu ta’ għodod analitiċi tad-DLT għall-identifikazzjoni tal-oriġini u d-destinazzjoni tat-trasferimenti tal-kriptoassi u għat-twettiq ta’ valutazzjoni tal-“għarfien tat-tranżazzjonijiet tiegħek” (KYT);
|
|
(c)
|
valutazzjoni tal-effettività u l-adegwatezza tal-limiti de minimis relatati mat-trasferimenti ta’ fondi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u s-sett ta’ informazzjoni li jakkumpanja t-trasferimenti, u valutazzjoni tal-ħtieġa li jitnaqqsu jew jitneħħew dawn il-limiti;
|
|
(d)
|
valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta’ limiti de minimis relatati mas-sett ta’ informazzjoni li jakkumpanja t-trasferimenti ta’ kriptoassi, inkluż valutazzjoni tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(e)
|
analiżi tax-xejriet fl-użu ta’ indirizzi awtoospitati biex isiru trasferimenti mingħajr l-ebda involviment ta’ parti terza, flimkien ma’ valutazzjoni tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u evalwazzjoni tal-ħtieġa, l-effettività u l-eżegwibbiltà ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali, bħall-obbligi speċifiċi għall-fornituri ta’ kartieri ta’ hardware u software u limitazzjoni, kontroll jew projbizzjoni ta’ trasferimenti li jinvolvu indirizzi awtoospitati.
|
Dak ir-rapport għandu jqis żviluppi ġodda fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet u rapporti rilevanti f’dak il-qasam imfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu l-istandards, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u aġenziji tal-intelligence, fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jew sorsi affidabbli oħra.