+Artikolu 37 Rieżami
---+Artikolu 37 1
---+Artikolu 37 2
---+Artikolu 37 3

Artikolu 37 Rieżami

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1

1.   Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ Regolament dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi sabiex tiżgura approċċ u allinjament konsistenti mar-Regolament dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 37 2

2.   Sal-1 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-EBA, għandha toħroġ rapport li jivvaluta r-riskji maħluqa mit-trasferimenti minn jew lejn indirizzi awtoospitati jew entitajiet mhux stabbiliti fl-Unjoni, kif ukoll il-ħtieġa ta’ miżuri speċifiċi biex jittaffew dawk ir-riskji, u tipproponi, jekk xieraq, emendi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 37 3

3.   Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi;

(b)

valutazzjoni tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-konformità mal-obbligi imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi skont dan ir-Regolament, inkluż tal-aħħar żvilupp f’soluzzjonijiet teknoloġikament tajbin u interoperabbli għall-konformità ma’ dan ir-Regolament u tal-użu ta’ għodod analitiċi tad-DLT għall-identifikazzjoni tal-oriġini u d-destinazzjoni tat-trasferimenti tal-kriptoassi u għat-twettiq ta’ valutazzjoni tal-“għarfien tat-tranżazzjonijiet tiegħek” (KYT);

(c)

valutazzjoni tal-effettività u l-adegwatezza tal-limiti de minimis relatati mat-trasferimenti ta’ fondi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u s-sett ta’ informazzjoni li jakkumpanja t-trasferimenti, u valutazzjoni tal-ħtieġa li jitnaqqsu jew jitneħħew dawn il-limiti;

(d)

valutazzjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta’ limiti de minimis relatati mas-sett ta’ informazzjoni li jakkumpanja t-trasferimenti ta’ kriptoassi, inkluż valutazzjoni tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(e)

analiżi tax-xejriet fl-użu ta’ indirizzi awtoospitati biex isiru trasferimenti mingħajr l-ebda involviment ta’ parti terza, flimkien ma’ valutazzjoni tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u evalwazzjoni tal-ħtieġa, l-effettività u l-eżegwibbiltà ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali, bħall-obbligi speċifiċi għall-fornituri ta’ kartieri ta’ hardware u software u limitazzjoni, kontroll jew projbizzjoni ta’ trasferimenti li jinvolvu indirizzi awtoospitati.

Dak ir-rapport għandu jqis żviluppi ġodda fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll evalwazzjonijiet, valutazzjonijiet u rapporti rilevanti f’dak il-qasam imfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu l-istandards, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u aġenziji tal-intelligence, fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jew sorsi affidabbli oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit