1. L-entitajiet finanzjarji għandhom ikejlu ż-żmien kemm dam l-inċident kif imsemmi fl-Artikolu 18(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2022/2554, mill-mument li jseħħ l-inċident sal-mument li jiġi solvut.
Meta l-entitajiet finanzjarji ma jkunux jistgħu jiddeterminaw il-mument meta seħħ l-inċident, huma għandhom ikejlu ż-żmien kemm dam l-inċident mill-mument li jkun ġie identifikat. Meta l-entitajiet finanzjarji jsiru konxji li l-inċident seħħ qabel id-detezzjoni tiegħu, huma għandhom ikejlu ż-żmien kemm dam mill-mument li l-inċident jiġi rreġistrat fir-reġistri tan-network jew tas-sistemi jew f’sorsi oħra tad-data.
Meta l-entitajiet finanzjarji jkunu għadhom ma jafux meta l-inċident se jiġi solvut jew ma jkunux jistgħu jivverifikaw ir-rekords fir-reġistri jew f’sorsi oħra tad-data, huma għandhom japplikaw l-istimi.