+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1851 tat-28 ta’ Mejju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti
---+Artikolu 2 Fatturi ta’ omoġeneità
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 2 4.
------+Artikolu 2 5.
------+Artikolu 2 6.
---+Artikolu 3
English - European Union - Financial Industry - Banking -

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1851 tat-28 ta’ Mejju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1851

tat-28 ta’ Mejju 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti

Artikolu 1

Omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti

▼M1

Għall-finijiet tal-Artikoli 20(8), 24(15) u 26b(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi sottostanti għandhom jitqiesu omoġenji meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼B

(a) 

jikkorrispondu għal wieħed minn dawn it-tipi ta’ assi:

(i) 

is-self residenzjali li huwa żgurat minn self ipotekarju wieħed jew aktar fuq proprjetà immobbli residenzjali jew li huwa garantit bis-sħiħ minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli fost dawk imsemmija fl-Artikolu 201(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u li jikkwalifika għall-iskala 2 jew aktar tal-kwalità kreditizja kif stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament;

(ii) 

is-self kummerċjali li huwa żgurat minn self ipotekarju wieħed jew aktar fuq proprjetà immobbli kummerċjali, inklużi uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor;

▼M1

(iii) 

faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti lil individwi għal finijiet ta’ konsum personali, tal-familja jew tal-unità domestika, u faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti lil intrapriżi fejn l-oriġinatur japplika l-istess approċċ ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu bħal dak għall-individwi mhux koperti taħt il-punti (i) u (ii) u l-punti (iv) sa (viii);

▼B

(iv) 

faċilitajiet ta’ kreditu, inklużi self u lokazzjonijiet, fornuti għal kwalunkwe tip ta’ impriża jew korporazzjoni;

(v) 

self u lokazzjoni ta’ karozzi;

(vi) 

riċevibbli tal-karti ta’ kreditu;

(vii) 

riċevibbli tan-negozju;

(viii) 

skoperturi sottostanti oħrajn li huma meqjusa mill-oriġinatur jew mill-isponsor li jikkostitwixxu tip ta’ assi distint abbażi ta’ metodoloġiji u parametri interni;

(b) 

dawn huma sottoskritti skont l-istandards li japplikaw approċċi simili għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu assoċjat;

▼M1

(c) 

ikunu servizzjati skont proċeduri simili għall-monitoraġġ, il-ġbir u l-amministrazzjoni ta’ flus riċevibbli;

(d) 

fattur tal-omoġeneità wieħed jew aktar jiġu applikati skont l-Artikolu 2, meta applikabbli.

▼B

Għall-finijiet tal-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, meta skopertura sottostanti tikkorrispondi għal aktar minn tip wieħed ta’ assi, dik l-iskopertura għandha tiġi assenjata għal tip wieħed biss ta’ assi f’dik it-titolizzazzjoni.

Kwalunkwe bidla fl-iskoperturi sottostanti f’aggregament li jitqies omoġenju skont dan ir-Regolament ma għandhiex taffettwa din l-omoġeneità meta dawn il-bidliet ikunu dovuti għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-oriġinatur jew tal-isponsor.

Artikolu 2 Fatturi ta’ omoġeneità
Artikolu 3

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1851
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.