+DIRETTIVA 2009/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għal pretensjonijiet marittimi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
------+Artikolu 3 (a)
------+Artikolu 3 (b)
------+Article 3 (c)
---+Artikolu 4 Assigurazzjoni għal pretensjonijiet marittimi
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
---+Artikolu 5 Spezzjonijiet, konformità, espulsjoni minn portijiet u ċaħda ta' aċċess għal portijiet
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
---+Artikolu 6 Ċertifikati ta' assigurazzjoni
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
---+Artikolu 7 Penali
---+Artikolu 8 Rapporti
---+Artikolu 9 Traspożizzjoni
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
---+Artikolu 10 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 11 Indirizzati
---+ANNESS
|
English -
European Union -
Environment -
DIRETTIVA 2009/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għal pretensjonijiet marittimi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
DIRETTIVA 2009/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ April 2009
dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għal pretensjonijiet marittimi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
|
(1)
|
Wieħed mill-elementi tal-politika Komunitarja dwar it-trasport marittimu hu li tittejjeb il-kwalità tat-trasport merkantili billi ġġiegħel lill-operaturi ekonomiċi kollha jaġixxu b'mod aktar responsabbli.
|
|
(2)
|
Diġà ġew adottati miżuri disważivi skont id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali għal ksur (4).
|
|
(3)
|
Fid-9 ta' Ottubru 2008, l-Istati Membri addottaw dikjarazzjoni li fiha huma rrikonoxxew unanimament l-importanza tal-applikazzjoni tal-Protokoll tal-1996 għall-Konvenzjoni tal-1976 dwar il-Limiti ta' Responsabbiltà għall-Pretensjonijiet Marittimi mill-Istati Membri kollha.
|
|
(4)
|
L-obbligu li jkun hemm assigurazzjoni għandu jippermetti li tiġi żgurata protezzjoni aħjar għall-vittmi. Dan għandu jgħin ukoll biex jiġu eliminati vapuri substandard u jippermetti li terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni bejn l-operaturi. Barra minn hekk, fir-Riżoluzzjoni A898(21), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali stiednet lill-Istati biex iħeġġu lis-sidien ta' vapuri biex ikunu assigurati sew.
|
|
(5)
|
In-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandu jiġi rettifikat. Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port (tfassil mill-ġdid) (5) diġà tipprovdi għad-detenzjoni tal-vapuri fil-każ ta' nuqqas ta' ċertifikati li għandhom jinġarru abbord. Madankollu, huwa xieraq li tiġi provduta l-possibbiltà ta' espulsjoni ta' vapur li ma jġorrx ċertifikat ta' assigurazzjoni. Il-modalitajiet tal-espulsjoni għandhom jippermettu li s-sitwazzjoni tiġi rettifikata f'perijodu ta' żmien raġonevoli.
|
|
(6)
|
Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa fil-qasam tal-politika tat-trasport marittimu, ma jistgħux jinksibu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tistà tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal- proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,
|
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
P. NEČAS
|
|
Artikolu 1 Suġġett
|
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli applikabbli għal ċerti aspetti tal-obbligi tas-sidien ta' vapuri rigward l-assigurazzjoni tagħhom għal pretensjonijiet marittimi.
|
|
Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
|
Għall-fini ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
Artikolu 4 Assigurazzjoni għal pretensjonijiet marittimi
|
|
|
Artikolu 5 Spezzjonijiet, konformità, espulsjoni minn portijiet u ċaħda ta' aċċess għal portijiet
|
|
|
Artikolu 6 Ċertifikati ta' assigurazzjoni
|
|
|
Artikolu 7 Penali
|
Artikolu 7
Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema ta' penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 8 Rapporti
|
Artikolu 8
Kull tliet snin, u għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 9 Traspożizzjoni
|
|
|
Artikolu 10 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 10
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 11 Indirizzati
|
Artikolu 11
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
(1)
ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.
(2)
ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.
(3) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2007 (ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 166), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2008 (ĠU C 330 E, 30.12.2008, p. 7) u il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4)
ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11.
(5) Ara paġna 57 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
|
|
ANNESS
|
ANNESS
|
—
|
Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għal Danni mit-Tniġġis biż-Żejt, 1992.
|
|
—
|
Il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1996 dwar ir-Responsabbiltà u l-Kumpens għal Ħsara Kkaġunata mill-Ġarr bil-Baħar ta' Sustanzi Perikolużi u li Jagħmlu l-Ħsara.
|
|
—
|
Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt tal-bunker, 2001.
|
|
—
|
Il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Nairobi dwar it-Tneħħija ta' Fdalijiet ta' Bastimenti, 2007.
|
|
—
|
Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri fuq il-baħar fil-każ ta' inċidenti.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.05.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0020
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|