+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/295 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu t-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fl-applikazzjoni biex jiġi ddeżinjat bħala kritiku
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
---+Artikolu 2 Il-kontenut, l-istruttura u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, iddivulgata jew irrapportata minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
---+Artikolu 3 Informazzjoni minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT wara l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
---+Artikolu 4 Struttura u format tal-informazzjoni pprovduta minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
---+Artikolu 5 Mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar arranġamenti ta’ sottokuntrattar
---+Artikolu 6 Il-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-riskji indirizzati fir-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 6 4
---+Artikolu 7 Dħul fis-seħħ
---+ANNEX TEMPLATE FOR SHARING INFORMATION ON SUBCONTRACTING ARRANGEMENTS
|
English -
European Union -
Financial Industry -
DORA -
ICT -
Cybersecurity -
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/295 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu t-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/295
tal-24 ta’ Ottubru 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu t-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(2), it-tieni subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Il-qafas dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/2554 jintroduċi qafas ta’ sorveljanza tal-Unjoni għall-fornituri terzi ta’ servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT, information and communication technology) għas-settur finanzjarju ddeżinjati bħala kritiċi f’konformità mal-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament.
|
|
(2)
|
Fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jiddeċiedi li jippreżenta talba volontarja biex jiġi ddeżinjat bħala kritiku jenħtieġ li jipprovdi lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) riċeventi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex juri l-kritikalità tiegħu skont il-prinċipji u l-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2554. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni għal talba volontarja tkun dettaljata u kompluta biżżejjed biex tippermetti valutazzjoni ċara u kompluta tal-kritikalità skont l-Artikolu 31(11) ta’ dak ir-Regolament. L-ASE rilevanti jenħtieġ li tirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni mhux kompluta u titlob l-informazzjoni nieqsa.
|
|
(3)
|
L-identifikazzjoni legali tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard Tekniku Regolatorju jenħtieġ li tiġi allinjata mal-kodiċi ta’ identifikazzjoni stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottat f’konformità mal-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
(4)
|
Bħala segwitu għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Sorveljant Ewlieni lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jimmonitorja l-konformità tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT mar-rakkomandazzjonijiet. Bil-ħsieb li jiġi żgurat monitoraġġ effiċjenti u effettiv tal-azzjonijiet li ttieħdu jew tar-rimedji li ġew implimentati mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT fir-rigward ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jkun jista’ jirrikjedi r-rapporti msemmija fl-Artikolu 35(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2554, li jenħtieġ li jkunu maħsuba bħala rapporti ta’ progress interim u rapporti finali.
|
|
(5)
|
Għall-fini tal-valutazzjoni speċifikata fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, li skontha s-Sorveljant Ewlieni huwa obbligat jevalwa jekk hijiex biżżejjed l-ispjegazzjoni pprovduta minn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, in-notifika lis-Sorveljant Ewlieni mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT bl-intenzjoni tiegħu li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet riċevuti jenħtieġ li tiġi kkomplementata minn deskrizzjoni tal-azzjonijiet u l-miżuri li ttieħdu biex jittaffew ir-riskji deskritti fir-rakkomandazzjonijiet, flimkien mal-iskadenzi rispettivi tagħhom. Tali spjegazzjoni jenħtieġ li tieħu l-forma ta’ pjan ta’ rimedju.
|
|
(6)
|
Peress li s-Sorveljant Ewlieni huwa mistenni jivvaluta l-arranġamenti ta’ sottokuntrattar tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, jeħtieġ li jiġi żviluppat mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti. Il-mudell jenħtieġ li jqis il-fatt li l-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għandhom strutturi differenti mill-entitajiet finanzjarji.
|
|
(7)
|
Ladarba r-rakkomandazzjonijiet lil fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jinħarġu mis-Sorveljant Ewlieni, u l-awtoritajiet kompetenti jkunu infurmaw lill-entitajiet finanzjarji rilevanti dwar ir-riskji identifikati f’dawk ir-rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni jimmonitorja u jivvaluta l-implimentazzjoni mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT tal-azzjonijiet u tar-rimedji biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jimmonitorjaw u jivvalutaw sa liema punt l-entitajiet finanzjarji huma esposti għar-riskji identifikati f’dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Bil-ħsieb li jinżammu kundizzjonijiet ekwi filwaqt li jwettqu l-kompiti rispettivi tagħhom, b’mod partikolari meta r-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet ikunu severi u kondiviżi fost għadd kbir ta’ entitajiet finanzjarji f’diversi Stati Membri, jenħtieġ li kemm l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll is-Sorveljant Ewlieni jikkondividu bejniethom kwalunkwe sejba rilevanti li tkun meħtieġa għalihom biex iwettqu l-kompiti rispettivi tagħhom. L-objettiv tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni huwa li jiġi żgurat li r-reazzjoni tas-Sorveljant Ewlieni lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT fir-rigward tal-azzjonijiet u r-rimedji li dan tal-aħħar ikun qed jimplimenta tqis l-impatt fuq ir-riskji tal-entitajiet finanzjarji, u li l-attivitajiet superviżorji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti jiġu infurmati mill-valutazzjoni mwettqa mis-Sorveljant Ewlieni.
|
|
(8)
|
Biex jippermettu kondiviżjoni effiċjenti u effettiva tal-informazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw, bħala parti mill-attivitajiet superviżorji tagħhom, il-punt sa fejn l-entitajiet finanzjarji taħt is-superviżjoni tagħhom ikunu esposti għar-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li titwettaq b’mod proporzjonat u bbażat fuq ir-riskju. Is-Sorveljant Ewlieni jenħtieġ li jitlob lill-awtoritajiet kompetenti jikkondividu r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni fil-każijiet speċifiċi meta r-riskji assoċjati mar-rakkomandazzjonijiet ikunu severi u kondiviżi fost għadd kbir ta’ entitajiet finanzjarji f’diversi Stati Membri. Biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tal-awtoritajiet kompetenti, meta jitlob biex jingħataw ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni, jenħtieġ li s-Sorveljant Ewlieni dejjem iqis li l-objettiv ta’ dawn it-talbiet huwa li jevalwaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u tar-rimedji tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
(9)
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u ta opinjoni fit-22 ta’ Lulju 2024.
|
|
(10)
|
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-ASE.
|
|
(11)
|
Il-Kumitat Konġunt tal-ASE wettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talab il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u tas-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
|
|
Artikolu 1 Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fl-applikazzjoni biex jiġi ddeżinjat bħala kritiku
|
-
|
|
Artikolu 2 Il-kontenut, l-istruttura u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, iddivulgata jew irrapportata minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT
|
-
|
|
Artikolu 3 Informazzjoni minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT wara l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet
|
-
|
|
Artikolu 4 Struttura u format tal-informazzjoni pprovduta minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT
|
-
|
|
Artikolu 5 Mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar arranġamenti ta’ sottokuntrattar
|
Artikolu 5
Mudell għall-għoti ta’ informazzjoni dwar arranġamenti ta’ sottokuntrattar
Fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT li huwa meħtieġ jikkondividi informazzjoni dwar arranġamenti ta’ sottokuntrattar għandu jipprovdi l-informazzjoni lis-Sorveljant Ewlieni skont il-mudell stabbilit fl-Anness.
|
|
Artikolu 6 Il-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-riskji indirizzati fir-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni
|
-
|
|
Artikolu 7 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1)
ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1094/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
|
|
ANNEX TEMPLATE FOR SHARING INFORMATION ON SUBCONTRACTING ARRANGEMENTS
|
ANNEX
TEMPLATE FOR SHARING INFORMATION ON SUBCONTRACTING ARRANGEMENTS
|
Information Category
|
Key Information Elements
|
|
General Information
|
|
—
|
Name of the critical ICT third-party service provider.
|
|
—
|
Identification code of the critical ICT third-party service provider.
|
|
—
|
Name of contact person and contact details of the critical ICT third-party service provider.
|
|
—
|
Date of submission of the template.
|
|
|
Overview of Subcontracting Arrangements
|
|
—
|
Mapping of the subcontracting arrangements, including a short description of the purpose and scope of the subcontracting relationships (including an indication on the level of criticality or importance of the subcontracting arrangements for the critical ICT third-party service provider).
|
|
—
|
Specification and description of the types of ICT services subcontracted and their significance to the ICT services provided to financial entities, in line with the implementing technical standards adopted pursuant to Article 28(9) of Regulation (EU) 2022/2554.
|
|
—
|
When specifying the types of ICT services, please refer to the list in Annex IV of the implementing technical standards adopted pursuant to Article 28(9) of Regulation (EU) 2022/2554.
|
|
|
Subcontractors’ Information
|
|
—
|
Name and legal entity details (including identification code) of each subcontractor.
|
|
—
|
Contact information of the staff members responsible for each of the subcontracting relationships in the critical ICT third-party provider management structure.
|
|
—
|
Overview for each subcontractor of the expertise, experience and qualifications related to the contracted ICT services.
|
|
|
Description of Services Provided by Subcontractors
|
|
—
|
Detailed description of the specific ICT services provided by each subcontractor.
|
|
—
|
Breakdown of the responsibilities and tasks allocated to subcontractors by detailing the different roles in the different stages of the ICT processes.
|
|
—
|
Information on the level of access subcontractors have to personal or otherwise sensitive data or systems regarding the ICT services provided to financial entities.
|
|
—
|
Information on the sites from which the services of subcontractors are provided and on the measures taken to address risks arising from services provided outside the Union.
|
|
|
Subcontracting Governance and Oversight
|
|
—
|
Description of the contractual and governance framework in place to manage subcontracting relationships, including clauses restricting the usage of sensitive data.
|
|
—
|
Explanation of the processes for selecting, engaging and monitoring subcontractors.
|
|
—
|
Overview of performance metrics, service level objectives and agreements, and key performance indicators used to assess subcontractor’s performance and reliability monitoring.
|
|
|
Risk Management and Compliance
|
|
—
|
Assessment of the subcontractor’s risk profiles and potential impact on the ICT services provided to financial entities.
|
|
—
|
Explanation of the risk mitigation measures implemented to address subcontracting-related risks.
|
|
—
|
Details of subcontractor’s compliance with relevant regulations, including on data protection and industry standards.
|
|
|
Business Continuity and Contingency Planning
|
|
—
|
Overview of the subcontractor’s business continuity and response and recovery plans.
|
|
—
|
Description of the arrangements in place to ensure service continuity in case of disruptions or termination by the subcontractor.
|
|
—
|
Frequency of tests of the business continuity plans and response and recovery plans by the subcontractors, dates of the latest tests over the past 3 years, and specification if the critical ICT third-party service provider has been involved in those tests.
|
|
|
Reporting
|
|
—
|
Description of the reporting mechanisms and frequency of reporting between the critical ICT third-party service provider and its subcontractors.
|
|
|
Remediation and Incident Management
|
|
—
|
Outline of the procedures for addressing subcontractor-related incidents, breaches or non-compliance.
|
|
|
Certifications and Audits
|
|
—
|
Information on any certifications, independent audits or assessments conducted on subcontractors to validate their security controls, quality standards or regulatory compliance.
|
|
—
|
Date and frequency of the audits of the subcontractors conducted by the critical ICT third-party service provider.
|
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|