+Artikolu 1 1
|
Artikolu 1 1
1. Il-fornitur terz ta’ servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT, information and communication technology) għandu jippreżenta l-informazzjoni li ġejja fl-applikazzjoni motivata għal talba volontarja skont l-Artikolu 31(11) tar-Regolament (UE) 2022/2554 biex jiġi ddeżinjat bħala kritiku skont l-Artikolu 31(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554:
|
(a)
|
l-isem tal-entità ġuridika;
|
|
(b)
|
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-entità legali;
|
|
(c)
|
isem il-persuna ta’ kuntatt u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(d)
|
il-pajjiż li fih l-entità legali għandha l-uffiċċju reġistrat;
|
|
(e)
|
deskrizzjoni tal-istruttura korporattiva inkluża mill-inqas informazzjoni dwar il-kumpanija omm tagħha u impriżi relatati oħra li jipprovdu servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji tal-Unjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi, meta applikabbli:
|
(i)
|
isem l-entitajiet legali;
|
|
(ii)
|
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-entità legali;
|
|
(iii)
|
il-pajjiż li fih l-entità legali għandha l-uffiċċju reġistrat;
|
|
|
(f)
|
stima tas-sehem mis-suq tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fis-settur finanzjarju tal-Unjoni u stima tas-sehem mis-suq għal kull tip ta’ entità finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 mis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni biex jiġi ddeżinjat bħala kritiku u s-sena ta’ qabel dik l-applikazzjoni;
|
|
(g)
|
deskrizzjoni ta’ kull servizz tal-ICT ipprovdut lill-entitajiet finanzjarji tal-Unjoni inklużi:
|
(i)
|
deskrizzjoni tan-natura tan-negozju u t-tip ta’ servizzi tal-ICT ipprovduti lill-entitajiet finanzjarji;
|
|
(ii)
|
lista tal-funzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji appoġġati mis-servizzi tal-ICT ipprovduti, meta disponibbli;
|
|
(iii)
|
informazzjoni dwar jekk is-servizzi tal-ICT ipprovduti lill-entitajiet finanzjarji jappoġġawx funzjonijiet kritiċi jew importanti, meta disponibbli;
|
|
|
(h)
|
lista ta’ entitajiet finanzjarji li jagħmlu użu mis-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, inkluża l-informazzjoni li ġejja għal kull entità finanzjarja servizzjata, meta disponibbli:
|
(i)
|
l-isem tal-entità ġuridika;
|
|
(ii)
|
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-entità legali, meta magħrufa mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(iii)
|
it-tip ta’ entità finanzjarja kif speċifikat fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
(iv)
|
il-post ġeografiku li minnu jiġu pprovduti s-servizzi tal-ICT lil dik l-entità legali speċifika;
|
|
|
(i)
|
lista tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT inklużi fl-aħħar lista disponibbli ta’ tali fornituri ppubblikata mill-ASE skont l-Artikolu 31(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554 li jiddependu fuq is-servizzi pprovduti mill-applikant, meta disponibbli;
|
|
(j)
|
awtovalutazzjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:
|
(i)
|
il-grad ta’ sostitwibbiltà għal kull servizz tal-ICT ipprovdut mill-applikant meta jitqies dan li ġej:
|
—
|
is-sehem mis-suq tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fis-settur finanzjarju tal-Unjoni;
|
|
—
|
l-għadd ta’ kompetituri rilevanti magħrufa għal kull tip ta’ servizzi tal-ICT, jew grupp ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
—
|
deskrizzjoni tal-ispeċifiċitajiet relatati mas-servizzi tal-ICT offruti, inkluż fir-rigward ta’ kwalunkwe teknoloġija proprjetarja, jew il-karatteristiċi speċifiċi tal-organizzazzjoni jew tal-attività tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
|
(ii)
|
għarfien dwar id-disponibbiltà tal-fornituri terzi alternattivi ta’ servizzi tal-ICT biex jipprovdu l-istess servizzi tal-ICT bħall-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jippreżenta l-applikazzjoni;
|
|
|
(k)
|
informazzjoni dwar strateġija kummerċjali futura fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi u infrastruttura tal-ICT lil entitajiet finanzjarji fl-Unjoni, inkluż kwalunkwe bidla ppjanata fil-grupp jew fl-istruttura maniġerjali, id-dħul fi swieq ġodda jew attivitajiet ġodda;
|
|
(l)
|
l-identifikazzjoni tas-sottokuntratturi tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li ġew iddeżinjati bħala fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(m)
|
kwalunkwe raġuni oħra rilevanti għall-applikazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li għandu jiġi ddeżinjat bħala kritiku.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|