+Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Soġġett
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 1 3
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Skop
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
------+Artikolu 3 5
------+Artikolu 3 6
---+Artikolu 4 Passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
---+Artikolu 5 Kanċellazzjoni
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
---+Artikolu 6 Dewmien
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
---+Artikolu 7 Dritt għall-kumpens
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
------+Artikolu 7 4
---+Artikolu 8 Dritt għar-rimbors jew rotta differenti
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
------+Artikolu 8 3
---+Artikolu 9 Id-dritt li ħsieb tal-passiġġieri jiġi meħud
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
------+Artikolu 9 3
---+Artikolu 10 Titjieb u tnaqqis fil-grad
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
---+Artikolu 11 Persuni b'mobbilitá mnaqqsa jew ħtiġijiet speċjali
------+Artikolu 11 1
------+Artikolu 11 2
---+Artikolu 12 Kumpens ulterjuri
------+Artikolu 12 1
------+Artikolu 12 2
---+Artikolu 13 Dritt għal rimedju
---+Artikolu 14
------+Article 14 1
------+Article 14 2
------+Article 14 3
---+Artikolu 15 Esklużjoni tar-rinunzja
------+Artikolu 15 1
------+Artikolu 15 2
---+Artikolu 16 Ksur tar-Regolament
------+Artikolu 16 1
------+Artikolu 16 2
------+Artikolu 16 3
---+Artikolu 17 Rapport
---+Artikolu 18 Tħassir
---+Artikolu 19 Dħul fis-seħħ
English - European Union - Aviation -

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

Magħmul fi Strasbourg, fil-11 ta' Frar 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Konsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU C 103 E, tat-30.4.2002, p. 225 u ĠU C 71 E, tal-25.3.2003, p. 188.

[2] ĠU C 241, tas-7.10.2002, p. 29.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2002 (ĠU C 300 E, tal-11.12.2003, p. 443), Pożizzjoni Komuni tal-Konsill tat-18 ta' Marzu 2003 (ĠU C 125 E, tas-27.5.2003, p. 63) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2003. Ir-Riżoluzjoni Leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 u d-Deċiżjoni tal-Konsill tas-26 ta' Jannar 2004.

[4] ĠU L 36, tat-8.2.1991, p. 5.

[5] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 1.

[6] ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 59.

--------------------------------------------------

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-11 ta' Frar 2004

li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KONSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mil-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3]), u fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-1 ta' Diċembru 2003,

Billi:

(1) Azzjoni mil-Komunitá fil-qasam ta' transport permezz ta' l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta' protezzjoni għall-passiġġieri. 'Il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni tal-konsumatur b'mod ġenerali.

(2) Il-fatt li ma jitħallewx jitilgħu u l-kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet jistgħu jikkawżaw problemi serji u inkonvenjenza għall-passiġġieri.

(3) Filwaqt li r-Regolament tal-Konsill (KEE) Nru 295/91 ta' l-4 ta' Frar 1991 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistema ta' kumpens għal meta ma jitħallewx jitilgħu f'trasport permezz ta' l-ajru skedat [4] ħoloq protezzjoni bażika għal passiġġieri, in-numru ta' passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu kontra l-volontá tagħhom tibqa' għolja wisq, bħalma tibqa' dik affettwata minn kanċellazzjonijiet mingħajr notifika minn qabel u dik affettwata minn dewmien twal.

(4) Il-Komunitá għandha għalhekk togħla l-istandards ta' protezzjoni stabbiliti minn dak ir-Regolament kemm biex issaħħaħ id-drittijiet ta' passiġġieri u biex tassigura li trasportaturi ta' l-ajru jaħdmu taħt kondizzjonijiet armonizzati f'suq illiberalizzat.

(5) Peress illi d-distinzjoni bejn servizzi ta' l-ajru skedati u mhux skedati qed issir inqas b'saħħitha, din il-protezzjoni għandha tapplika għal passiġġieri mhux biss fuq titjiriet skedati imma wkoll fuq titjiriet mhux skedati, inklużi dawk li jifformaw parti minn package tours.

(6) Il-protezzjoni mogħtija lill-passiġġieri li jitilqu minn ajruport li jinstab fi Stat Membru għandha tiġi estiża għal dawk li jitilqu minn ajruport li jinstab f'pajjiż terz għal wieħed li jinstab fi Stat Membru, meta mezz tal-ġarr Komunitarju jopera t-titjira.

(7) Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, l-obbligazzjonijiet li joħloq għandhom jibqgħu mal-trasportatur ta' l-ajru li qed jopera li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira, kemm jekk b'inġenji ta' l-ajru li qegħdin fil-proprjetá, taħt kiri dry jew wet, jew fuq kwalunkwe bażi oħra.

(8) Dan ir-Regolament m'għandux jirrestrinġi d-drittijiet tal-trasportatur ta' l-ajru li jopera biex ifittex kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skond il-liġi applikabbli.

(9) In-numru ta' passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu kontra l-volontá tagħhom għandu jiġi mnaqqas billi l-trasportaturi ta' l-ajru jiġu meħtieġa jsejħu volontarji biex jħallu r-reżervazzjonijiet tagħhom, bi skambju għal vantaġġi, minflok illi ma jħallux lill-passiġġieri jitilgħu, u billi jikkompensaw b'mod sħiħ dawk li fl-aħħar ma tħallewx jitilgħu.

(10) Passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu kontra l-volontá tagħhom għandhom jitħallew jew jikkanċellaw it-titjiriet tagħhom, b'rimbors tal-biljetti tagħhom, jew ikompluhom taħt kondizzjonijiet sodisfaċjenti, u ħsieb xieraq tagħhom għandu jiġi meħud filwaqt li qed jistennew titjira li ser isseħħ aktar tard.

(11) Voluntiera għandhom ukoll jitħallew jikkanċellaw it-titjiriet tagħhom, b'rimbors tal-biljetti tagħhom, jew ikompluhom taħt kondizzjonijiet sodisfaċjenti, peress illi jsibu diffikultajiet ta' vjaġġar simili għal dawk li jgħaddu minnhom passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu kontra l-volontá tagħhom.

(12) Il-problemi u l-inkonvenjenza għal passiġġieri kkawżati minn kanċellazzjoni ta' titjiriet għandhom ukoll jiġu mnaqqsin. Dan għandu jiġi miksub permezz tat-tħeġġiġ tal-trasportaturi biex jinfurmaw lill-passiġġieri b'kanċellazzjonijiet qabel il-ħin skedat tat-tluq u minn barra dan biex joffrulhom arranġament għall-vjaġġ ragonevoli, sabiex il-passġiġġieri jistgħu jagħmlu arranġamenti oħrajn. Trasportaturi ta' l-ajru għandhom jikkompensaw passiġġieri jekk jonqsu milli jagħmlu dan, ħlief għal meta l-kanċellazzjoni sseħħ f'ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha kienu ttieħdu.

(13) Passiġġieri li t-titjiriet tagħhom huma kkanċellati għandhom jitħallew jew jiksbu rimbors tal-biljetti tagħhom jew jiksbu arranġament ieħor taħt kondizzjonijiet sodisfaċjenti, u ħsieb xieraq tagħhom għandu jiġi meħud waqt li qed jistennew titjira ta' aktar tard.

(14) Bħal taħt il-Konvenzjoni ta' Montreal, obbligazzjonijiet dwar trasportaturi ta' l-ajru li jaħdmu għandhom ikunu limitati jew esklużi fejn xi ħaġa ġiet ikkawżata minn ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri kollha raġonevoli kienu ttieħdu. Ċirkostanzi bħal dawn jistgħu, partikolarment, iseħħu f'każijiet ta' nuqqas ta' stabbilitá politika, kondizzjonijiet meteoroloġiċi li ma jaqblux ma' l-operazzjoni tat-titjira in kwistjoni, riskji tas-sigurtá, nuqqasijiet mhux mistennijin fir-rigward tas-sigurtá tat-titjira u strajkijiet li jaffettaw l-operazzjoni ta' trasportatur ta' l-ajru li jopera.

(15) Ċirkostanzi straordinarji għandhom jiġu meqjusin li jeżistu fejn l-impatt ta' deċiżjoni dwar il-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru fir-rigward ta' inġenju ta' l-ajru partikolari fuq ġurnata partikolari tikkawża dewmien twil, dewmien ta' matul il-lejl, jew il-kanċellazzjoni ta' titjira waħda jew aktar titjiriet ta' dak l-inġenju ta' l-ajru, anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha ttieħdu mil-trasportatur ta' l-ajru in kwistjoni biex jiġu evitati id-dewmien jew kanċellazzjonijiet.

(16) F'każijiet fejn package tour hu kkanċellat għal raġunijiet barra mill-kanċellazzjoni tat-titjira, dan ir-Regolament m'għandux jiġi applikat.

(17) Għandu jittieħed ħsieb xieraq ta' passiġġieri li t-titjiriet tagħhom huma mdewmin għal ħin speċifiku tagħhom u dawn għandhom jitħallew jikkanċellaw it-titjiriet tagħhom b'rimbors tal-biljetti tagħhom jew ikompluhom taħt kondizzjonijiet sodisfaċjenti.

(18) Ħsieb tal-passiġġieri li qed jistennew titjira oħra jew titjira li għandha d-dewmien jista' jiġi limitat jew miċħud jekk l-għoti ta' ħsieb innifsu kien jikkawża dewmien ulterjuri.

(19) Trasportaturi ta' l-ajru li jaħdmu għandhom jilħqu l-ħtiġijiet speċjali ta' persuni li għandhom mobbiltá mnaqqsa u kwalunkwe persuni li qegħdin magħhom.

(20) Passiġġieri għandhom jiġu informati b'mod sħiħ bid-drittijiet tagħhom fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod effettiv.

(21) Stati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għal vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jassiguraw li dawn is-sanzjonijiet huma applikati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u imġiegħla.

(22) Stati Membri għandhom jassiguraw u jissorveljaw ħarsien ġenerali mil-trasportaturi ta' l-ajru tagħhom ma' dan ir-Regolament u jinnominaw korp xieraq biex iwettaq dawn il-kompiti ta' infurzar. Din is-sorveljanza m'għandhiex taffettwa d-drittijiet ta' passiġġieri u trasportaturi ta' l-ajru biex ifittxu rimedju legali minn qrati taħt proċeduri ta' liġi nazzjonali.

(23) Il-Kummissjoni għandha tannalizza l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha teżamina partikolarment l-opportunitá li testendi l-iskop tiegħu għall-passiġġieri kollha li għandhom kuntratt ma' operatur tat-tour jew ma' trasportatur Komunitarju, meta jiltlaq minn ajruport ta' pajjiż terz għal ajruport ta' Stat Membru.

(24) Arranġamenti għal aktar kooperazzjoni dwar l-użu ta' l-ajruport ta' Ġibraltar kienu miftehma f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987 mir-Renju ta' l-Ispanja u mir-Renju Unit f'dikjarazzjoni konġunta mil-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi. Dawn l-arranġamenti għad għandhom jibdew joperaw.

(25) Ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 għandu jiġi mħassar skond dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Soġġett
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "trasportatur ta' l-ajru" ifisser mpriża tat-trasport permezz ta' l-ajru b'liċenza valida ta' l-operazzjoni;

(b) "trasportatur ta' l-ajru li jopera" ifisser trasportatur ta' l-ajru li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira taħt kuntratt ma' passiġġier jew f'isem persuna oħra, legali jew naturali, li għandha kuntratt ma' dak il-passiġġier;

(ċ) "trasportatur Komunitarju" ifisser trasportatur ta' l-ajru b'liċenza valida ta' l-operazzjoni mogħtija minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Konsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-għoti ta' liċenzi lill-trasportaturi ta' l-ajru [5];

(d) "operatur tat-tour" ifisser, bl-eċċezzjoni ta' trasportatur ta' l-ajru, organizzatur fis-sens ta' l-Artikolu 2, il-punt 2, tad-Direttiva tal-Konsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar vjaġġar package, vaganzi package u package tours [6];

(e) "package" ifisser dawk is-servizzi mfissrin fl-Artikolu 2, il-punt 1, tad-Direttiva 90/314/KEE;

(f) "biljett" ifisser dokument validu li jagħti intitolament għal transport jew xi ħaġa ekwivalenti mhux fil-forma ta' karta, inkluża forma elettronika, maħruġ jew awtorizzat mil-trasportatur ta' l-ajru jew l-aġent awtorizzat tiegħu;

(g) "reżervazzjoni" tfisser il-fatt li l-passiġġier għandu biljett, jew prova oħra, li tindika li r-reżervazzjoni ġiet aċċettata u rreġistrata, mil-trasportatur ta' l-ajru jew mill-operatur tat-tour;

(h) "destinazzjoni finali" ifisser id-destinazzjoni fuq il-biljett ippreżentat fil-post taċ-check-in jew, fil-każ ta' titjiriet konnessi direttament, id-destinazzjoni ta' l-aħħar titjira; titjiriet konnessi alternattivi li qegħdin għad-dispożizzjoni m'għandhomx jiġu meħudin in konsiderazzjoni jekk il-ħin oriġinali tal-wasla hu mħares;

(i) "persuna b'mobilitá mnaqqsa" ifisser kwalunkwe persuna li l-mobilitá tagħha hi mnaqqsa meta tuża' transport minħabba kwalunkwe disabbilitá fiżika (sensorja jew lokomotorja, permanenti jew temporanja), ħsara intellettwali, etá jew kwalunkwe kawża oħra ta' disabbilitá, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni speċjali u addattament għall-ħtiġijiet tal-persuna tas-servizzi mqegħda għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri kollha;

(j) "il-fatt li persuna ma tħallietx titla" ifisser tiċħid għat-trasport ta' passiġġieri fuq titjira, minkejja li ppreżentaw lilhom infushom biex jitilgħu taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2), ħlief għal fejn hemm raġunijiet raġonevoli biex ma jitħallewx jitilgħu, bħal raġunijiet ta' saħħa, sigurezza u sigurtá, jew dokumentazzjoni ta' l-ivjaġġar mhux xierqa;

(k) "voluntier" ifisser persuna li ppreżenta lilu nnifsu biex jitla' taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u li jirrispondi b'mod pożittiv għas-sejħa għal passiġġieri tal-trasportatur ta' l-ajru preparati jħallu r-reżervazzjoni tagħhom b'skambju għal vantaġġi.

(l) "kanċellazzjoni" tfisser in-nuqqas ta' operazzjoni ta' titjira li kienet qabel ippjanata u fuq liema mill-inqas post wieħed kien irreżervat.

Artikolu 3 Skop
Artikolu 4 Passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu
Artikolu 5 Kanċellazzjoni
Artikolu 6 Dewmien
Artikolu 7 Dritt għall-kumpens
Artikolu 8 Dritt għar-rimbors jew rotta differenti
Artikolu 9 Id-dritt li ħsieb tal-passiġġieri jiġi meħud
Artikolu 10 Titjieb u tnaqqis fil-grad
Artikolu 11 Persuni b'mobbilitá mnaqqsa jew ħtiġijiet speċjali
Artikolu 12 Kumpens ulterjuri
Artikolu 13 Dritt għal rimedju

Artikolu 13

Dritt għal rimedju

F'każijiet fejn trasportatur ta' l-ajru li jopera jħallas kumpens jew jilħaq l-obbligazzjonijiet oħra li għandu d-dmir iwettaq taħt dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament ma jista' jiġi interpretat li jirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skond il-liġi applikabbli. Partikolarment, dan ir-Regolament m'għandu bl-ebda mod jirrestrinġi d-dritt tal-trasportatur ta' l-ajru li jopera biex ifittex rimbors minn operatur tat-tour jew persuna oħra ma' liema l-trasportatur ta' l-ajru li jopera għandu kuntratt. B'mod simili, l-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament ma tista' tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt ta' operatur tat-tour jew ta' parti terza, barra minn passiġġier, ma' liema trasportatur ta' l-ajru li jopera għandu kuntratt, biex ifittex rimbors jew kumpens mil-trasportatur ta' l-ajru li jopera skond il-liġijiet applikabbli rilevanti.

Artikolu 14

Artikolu 14

Obbligazzjoni li passiġġieri jiġu informati tad-drittijiet tagħhom.

1. Il-trasportatur ta' l-ajru li jopera għandu jassigura li fiċ-check-in avviż li jista' jinqara' b'mod ċar li jkun jinsab fih it-test li ġej hu muri f'manjiera li hi viżibbli b'mod ċar għall-passiġġieri: "Jekk int miċħud milli titla' jew jekk it-titjira tiegħek hi kkanċellata jew mdewma għal mill-inqas sagħtejn, saqsi fil-post taċ-check-in jew fil-post minn fejn jitilgħu l-passiġġieri għat-test li jiddikjara d-drittijiet tiegħek, partikolarment fir-rigward tal-kumpens u assistenza".

2. Trasportatur ta' l-ajru li jopera li ma jħallix lill-passiġġieri jitilgħu jew li jikkanċella titjira għandu jipprovdi kull passiġġier affettwat b'avviż bil-miktub li jistabbilixxi r-regoli għall-kumpens u assistenza skond dan ir-Regolament. Għandu wkoll jipprovdi kull passiġġer affettwat minn dewmien ta' mill-inqas sagħtejn b'avviż ekwivalenti. Id-dettalji tal-kuntatt ta' l-organu nazzjonali nnominat imsejjaħ fl-Artikolu 16 għandu wkoll jinata' lill-passiġġier f'forma bil-miktub.

3. Fir-rigward ta' persuni għomja u li għandhom diffikultajiet tal-viżjoni, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati bl-użu ta' mezzi alternattivi xierqa.

Artikolu 15 Esklużjoni tar-rinunzja
Artikolu 16 Ksur tar-Regolament
Artikolu 17 Rapport

Artikolu 17

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Konsill sa l-1 ta' Jannar 2007 dwar l-operazzjoni u r-riżultati ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar:

- l-inċidenza ta' kemm il-persuna ma tħallietx titla' u ta' kanċellazzjoni ta' titjiriet,

- l-estenżjoni possibbli ta' l-iskop ta' dan ir-Regolament għal passiġġieri li għandhom kuntratt ma trasportatur Komunitarju jew li għandhom reżervazzjoni fuq titjira li tagħmel parti minn "package tour" għal liema d-Direttiva 90/314/KEE tapplika u li jitilqu minn ajruport ta' pajjiż terz għal ajruport ġo Stat Membru, fuq titjiriet mhux operati minn trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji,

- ir-reviżjoni possibbli ta' l-ammonti ta' kumpens imsejħin fl-Artikolu 7(1).

Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat fejn meħtieġ minn proposti leġislattivi.

Artikolu 18 Tħassir

Artikolu 18

Tħassir

Ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 19 Dħul fis-seħħ

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-17 ta' Frar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.02.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0261
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.