ANNESS I
ĊERTIFIKAT TA’ ORDNI TA’ PRODUZZJONI EWROPEA (EPOC) GĦALL-PRODUZZJONI TA’ EVIDENZA ELETTRONIKA
Skont ir-Regolament (UE) 2023/1543 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
) id-destinatarju ta’ dan iċ-Ċertifikat ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea (EPOC) jeħtieġlu jeżegwixxi dan l-EPOC u jeħtieġlu jittrażmetti d-data mitluba f’konformità mal-iskadenza speċifikata fit-Taqsima C ta’ dan l-EPOC lill-awtorità kompetenti indikata taħt il-punt (a) tat-Taqsima L ta’ dan l-EPOC.
Fil-każijiet kollha, id-destinatarju jeħtieġlu, malli jirċievi l-EPOC, jaġixxi b’ħeffa biex jippreserva d-data mitluba, sakemm l-informazzjoni fl-EPOC ma tkunx tippermettilu jidentifika dik id-data. Id-data trid tkompli tiġi ppreservata sakemm id-data tiġi prodotta jew sakemm l-awtorità emittenti jew, meta applikabbli, l-awtorità tal-infurzar, tindika li ma għadx hemm aktar bżonn li d-data tiġi ppreservata u prodotta.
Id-destinatarju jeħtieġlu jieħu l-passi kollha neċessarji biex jiżgura l-kunfidenzjalità, is-segretezza u l-integrità tal-EPOC u tad-data prodotta jew ippreservata.
TAQSIMA A: Awtorità emittenti/ta’ validazzjoni
Stat emittenti:…
Awtorità emittenti:…
Awtorità ta’ validazzjoni (jekk applikabbli):…
NB: id-dettalji tal-awtorità emittenti u ta’ validazzjoni jridu jingħataw fl-aħħar (it-Taqsimiet I u J)…
Numru tal-fajl tal-awtorità emittenti:…
Numru tal-fajl tal-awtorità ta’ validazzjoni:…
TAQSIMA B: Destinatarju
Destinatarju:…
►C1
Din l-ordni tinħareġ f’każ ta’ emerġenza lid-destinatarju speċifikat minħabba li l-istabbiliment deżinjat jew ir-rappreżentant legali ta’ fornitur tas-servizzi ma rreaġixxiex għall-EPOC sal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2023/1543 ◄
Indirizz:…
Nru tat-Tel./Nru tal-Fax/email (jekk magħrufa):…
Persuna ta’ kuntatt (jekk magħrufa):…
Numru tal-fajl tad-destinatarju (jekk magħruf):…
Fornitur tas-servizz ikkonċernat (jekk differenti mid-destinatarju):…
Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti:…
TAQSIMA C: Skadenzi (immarka l-kaxxa adatta u imla, jekk meħtieġ)
Mal-wasla tal-EPOC, id-data mitluba trid tiġi prodotta:
mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 10 ijiem (l-ebda notifika lill-awtorità tal-infurzar)
fil-każ ta’ notifika lill-awtorità tal-infurzar: fi tmiem l-għaxar jum, meta l-awtorità tal-infurzar ma tkunx qajmet raġuni għal rifjut f’dak il-perjodu ta’ żmien, jew wara konferma mill-awtorità tal-infurzar qabel tmiem l-għaxar jum li mhijiex se tqajjem raġuni għal rifjut, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn tmiem l-għaxar jum
mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn tmien siegħat f’każ ta’ emerġenza li jinvolvi:
theddida imminenti għall-ħajja, għall-integrità fiżika jew għas-sikurezza ta’ persuna
theddida imminenti għall-infrastruttura kritika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (a), tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (
6
), fejn it-tfixkil jew il-qerda ta’ tali infrastruttura kritika jirriżultaw f’theddida imminenti għall-ħajja, l-integrità fiżika jew is-sikurezza ta’ persuna, inkluż permezz ta’ dannu serju għall-forniment tal-provvisti bażiċi lill-popolazzjoni jew għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ewlenin tal-Istat.
Jekk jogħġbok indika jekk hemmx xi skadenzi proċedurali jew oħrajn li għandhom jitqiesu għall-eżekuzzjoni ta’ dan l-EPOC:…
Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni addizzjonali fejn rilevanti:…
TAQSIMA D: Relazzjoni ma’ talba preċedenti ta’ produzzjoni/preservazzjoni (immarka u imla jekk applikabbli u disponibbli)
Id-data mitluba ġiet ippreservata totalment/parzjalment skont talba preċedenti għall-preservazzjoni
maħruġa minn … (indika l-awtorità u n-numru tal-fajl)
fi … (indika d-data tal-ħruġ tat-talba)
u trażmessa fi … (indika d-data tat-trażmissjoni tat-talba)
lil … (indika l-fornitur tas-servizz/ir-rappreżentant legali/l-istabbiliment deżinjat/l-awtorità kompetenti li lilha ġiet trażmessa t-talba u, jekk disponibbli, in-numru tal-fajl mogħti mid-destinatarju).
Id-data mitluba hija relatata ma’ talba preċedenti għall-produzzjoni
maħruġa minn … (indika l-awtorità u n-numru tal-fajl)
fi … (indika d-data tal-ħruġ tat-talba)
u trażmessa fi … (indika d-data tat-trażmissjoni tat-talba)
lil … (indika l-fornitur tas-servizz/ir-rappreżentant legali/l-istabbiliment deżinjat/l-awtorità kompetenti li lilha ġiet trażmessa u, jekk disponibbli, in-numru tal-fajl mogħti mid-destinatarju).
Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti:…
TAQSIMA E: Informazzjoni biex tappoġġa l-identifikazzjoni tad-data mitluba (kompluta sal-punt li din l-informazzjoni hija magħrufa u meħtieġa biex tiġi identifikata d-data)
Indirizz(i) IP u kronogrammi (inklużi d-data u ż-żona tal-ħin):…
Nru tat-Telefon:…
Indirizz(i) tal-posta elettronika:…
Numru/i tal-IMEI:…
Indirizz(i) tal-MAC:…
L-utent(i) jew l-identifikatur(i) uniku/uniċi ieħor/oħra bħall-isem/ismijiet tal-utent, l-ID(s) tal-login jew l-isem/ismijiet tal-kont:…
Isem/ismijiet tas-servizz(i) rilevanti:…
Oħrajn:…
Jekk applikabbli, il-medda taż-żmien tad-data li għaliha tintalab il-produzzjoni:
……
Informazzjoni addizzjonali jekk meħtieġa:…
TAQSIMA F: Evidenza elettronika li trid tiġi prodotta
Dan l-EPOC jikkonċerna (immarka l-kaxxa/i rilevanti):
(a)
l-isem, id-data tat-twelid, l-indirizz postali jew ġeografiku, l-informazzjoni ta’ kuntatt (l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon) u informazzjoni rilevanti oħra li tirrigwarda l-identità tal-utent/id-detentur tal-abbonament
id-data u l-ħin tar-reġistrazzjoni inizjali, it-tip ta’ reġistrazzjoni, il-kopja ta’ kuntratt, il-mezzi ta’ verifika tal-identità fil-waqt tar-reġistrazzjoni, il-kopji tad-dokumenti provduti mill-abbonat
it-tip ta’ servizz u t-tul ta’ żmien tiegħu, inkluż l-identifikatur(i) użat(i) mill-abbonat jew ipprovdut lilu fil-mument tar-reġistrazzjoni jew l-attivazzjoni inizjali (eż. in-numru tat-telefon, in-numru tas-SIM card, l-indirizz MAC) u kull apparat assoċjat
informazzjoni tal-profil (eż. isem l-utent, isem tal-iskrin, ir-ritratt tal-profil)
data dwar il validazzjoni tal-użu tas-servizz, bħal indirizz alternattiv tal-posta elettronika provdut mill-utent/mid-detentur tal-abbonament
informazzjoni dwar il-karti ta’ debitu jew kreditu (li jkun ipprovda l-utent għall-finijiet ta’ ħlas), inklużi metodi oħra ta’ pagament
(b)
data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2023/1543:
rekords tal-konnessjonijiet IP bħal indirizzi IP/logs/numri ta’ aċċess flimkien ma’ identifikaturi tekniċi oħra, bħal portijiet sors u kronogrammi jew ekwivalenti, l-ID tal-utent u l-interfaċċja użati fil-kuntest tal-użu tas-servizz, jekk jogħġbok speċifika, jekk meħtieġ:…
il-medda taż-żmien tad-data li għaliha tintalab il-produzzjoni (jekk differenti minn Taqsima E):…
(c)
data tat-traffiku:
(i)
għat-telefonija (mobbli):
identifikaturi li ħerġin (A) u li deħlin (B) (numru tat-telefon, IMSI, IMEI)
ħin u tul ta’ żmien tal-kollegament(i)
tentattiv(i) ta’ telefonati
l-ID tal-istazzjon bażi, inkluża l-informazzjoni ġeografika (il-koordinati X/Y), fil-ħin meta beda u meta ntemm il-kollegament
il-portatur/it-teleservizz użat (eż. UMTS, GPRS)
(ii)
għall-internet:
informazzjoni ta’ routing (l-indirizz IP tas-sors, l-indirizz(i) IP tad-destinazzjoni, in-numru/i tal-port, il-brawser, l-informazzjoni dwar l-intestaturi tal-posta elettronika, l-ID tal-messaġġ)
l-ID tal-istazzjon bażi, inkluża l-informazzjoni ġeografika (il-koordinati X/Y), fil-ħin meta beda/bdew u meta ntemm/ntemmu l-kollegament(i)
data u ħin tal-kollegament(i)
tul ta’ żmien tal-kollegament jew tas-sessjoni(jiet) ta’ aċċess
(iii)
għall-hosting:
ir-rikjesti għall-assistenza (tickets)
(iv)
oħrajn:
ir-rekords tal-ammonti miżjuda mal-bilanċ imħallas minn qabel
(d)
dump tal-kaxxa postali (web)
dump tal-arkivjar online (data ġġenerata mill-utent)
Informazzjoni addizzjonali fil-każ li tkun meħtieġa biex tkun speċifikata (ulterjorment) jew limitata l-medda tad-data mitluba:…
TAQSIMA G: Informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet sottostanti
(a)
Dan l-EPOC jikkonċerna (immarka l-kaxxa/i rilevanti):
proċedimenti kriminali fir-rigward ta’ reat(i) kriminali;
eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni ta’ mill-anqas erba’ xhur wara proċedimenti kriminali, imposta b’deċiżjoni li ma ngħatatx in absentia, f’każijiet fejn il-persuna kkundannata tkun ħarbet mill-ġustizzja.
(b)
In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat(i) li għalih(om) jinħareġ l-EPOC u d-dispożizzjoni statutorja applikabbli (
7
):
……
(c)
Dan l-EPOC jinħareġ għal data tat-traffiku li ma tintalabx għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent, jew għad-data ta’ kontenut, jew għat-tnejn, u jikkonċerna (immarka l-kaxxa/i rilevanti, jekk applikabbli):
reat(i) kriminali li fl-Istat emittenti jkunu punibbli b’sentenza ta’ kustodja ta’ perjodu massimu ta’ minn tal-anqas tliet snin;
reat wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, jekk jitwettqu kompletament jew parzjalment permezz ta’ sistema tal-informazzjoni:
reat(i) kif definit(i) fl-Artikoli 3 sa 8 tad-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
);
reat(i) kif definit(i) fl-Artikoli 3 sa 7 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
);
reat(i) kif definit(i) fl-Artikoli 3 sa 8 tad-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
);
reati kriminali kif definiti fl-Artikoli 3 sa 12 u 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
).
(d)
Kontrollur/proċessur:
L-Ordnijiet ta’ Produzzjoni Ewropej għandhom jiġu indirizzati lill-fornituri tas-servizzi li jaġixxu bħala kontrolluri. Bħala eċċezzjoni, l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea tista’ tiġi indirizzata direttament lill-fornitur tas-servizzi li jipproċessa d-data f’isem il-kontrollur.
Immarka fejn xieraq:
Dan l-EPOC huwa indirizzat lill-fornitur tas-servizzi li jaġixxi bħala kontrollur.
Dan l-EPOC huwa indirizzat lill-fornitur tas-servizzi li huwa jew, fil-każ ta’ sitwazzjonijiet fejn il-kontrollur ma jistax jiġi identifikat, possibbilment qed jipproċessa d-data f’isem il-kontrollur, minħabba li:
il-kontrollur ma jistax jiġi identifikat minkejja sforzi raġonevoli min-naħa tal-awtorità emittenti
il-fatt li jiġi indirizzat il-kontrollur jista’ jkun ta’ detriment għall-investigazzjoni
Jekk dan l-EPOC ikun indirizzat lill-fornitur tas-servizzi li jipproċessa d-data f’isem il-kontrollur:
il-proċessur għandu jinforma lill-kontrollur dwar il-produzzjoni tad-data
il-proċessur ma għandux jinforma lill-kontrollur dwar il-produzzjoni tad-data sakemm jingħata avviż ieħor, peress li dan ikun ta’ detriment għall-investigazzjoni. Jekk jogħġbok agħti ġustifikazzjoni qasira (
12
):…
(e)
Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti:…
TAQSIMA H: Informazzjoni lill-utent
Id-destinatarju għandu fi kwalunkwe każ iżomm lura milli jinforma lill-persuna li d-data tagħha tkun qed tintalab. Hija r-responsabbiltà tal-awtorità emittenti li tinforma lil dik il-persuna, mingħajr dewmien żejjed, dwar il-produzzjoni tad-data.
Jekk jogħġbok innota li (immarka fejn xieraq):
l-awtorità emittenti se tittardja l-informazzjoni lill-persuna li d-data tagħha tkun qed tintalab, sakemm tiġi ssodisfata waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
huwa meħtieġ li jiġi evitat it-tfixkil ta’ inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;
huwa meħtieġ li jiġi evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali;
huwa meħtieġ li tiġi protetta s-sigurtà pubblika;
huwa meħtieġ li tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;
huwa meħtieġ li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.
TAQSIMA I: Dettalji tal-awtorità emittenti
It-tip ta’ awtorità emittenti (immarka l-kaxxa/kaxxi rilevanti):
imħallef, qorti jew imħallef investigattiv
awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti
Jekk tkun meħtieġa validazzjoni, jekk jogħġbok imla wkoll it-Taqsima J.
Jekk jogħġbok innota li (immarka jekk applikabbli):
Dan l-EPOC inħareġ għal data dwar l-abbonati, jew għal data mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent, f’każ ta’ emerġenza stabbilit b’mod validu mingħajr validazzjoni minn qabel, minħabba li l-validazzjoni ma setgħetx tinkiseb fil-ħin, jew it-tnejn li huma. L-awtorità emittenti tikkonferma li tista’ toħroġ ordni f’każ domestiku simili mingħajr validazzjoni, u li se titfittex validazzjoni ex post mingħajr dewmien żejjed, sa mhux aktar tard minn 48 siegħa (jekk jogħġbok innota li d-destinatarju mhuwiex se jiġi infurmat).
Dettalji tal-awtorità emittenti, jew tar-rappreżentant tagħha, jew tat-tnejn li huma, li jiċċertifikaw li l-kontenut tal-EPOC huwa preċiż u korrett:
Isem l-awtorità:…
Isem ir-rappreżentant tagħha:…
Kariga (titlu/grad):…
Numru tal-fajl:…
Indirizz:…
Nru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)…
Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)…
Email:…
Lingwa/i mitkellma:…
Jekk differenti minn hawn fuq, l-awtorità/il-punt ta’ kuntatt (eż. awtorità ċentrali) li jistgħu jiġu kkuntattjati dwar kwalunkwe mistoqsija marbuta mal-eżekuzzjoni tal-EPOC:
Isem l-awtorità/isem:…
Indirizz:…
Nru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)…
Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)…
Email:…
Firma tal-awtorità emittenti jew tar-rappreżentant tagħha li jiċċertifikaw li l-kontenut tal-EPOC huwa preċiż u korrett:
Data:…
Firma (
13
):…
TAQSIMA J: Dettalji tal-awtorità ta’ validazzjoni (imla jekk applikabbli)
It-tip ta’ awtorità ta’ validazzjoni
imħallef, qorti jew imħallef investigattiv
Dettalji tal-awtorità ta’ validazzjoni, jew tar-rappreżentant tagħha, jew tat-tnejn li huma, li jiċċertifikaw li l-kontenut tal-EPOC huwa preċiż u korrett:
Isem l-awtorità:…
Isem ir-rappreżentant tagħha:…
Kariga (titlu/grad):…
Numru tal-fajl:…
Indirizz:…
Nru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)…
Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)…
Email:…
Lingwa/i mitkellma:…
Data:…
Firma (
14
):…
TAQSIMA K: Notifika u dettalji tal-awtorità tal-infurzar notifikata (jekk applikabbli)
Dan l-EPOC jiġi nnotifikat lill-awtorità tal-infurzar li ġejja: …
Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità tal-infurzar notifikata (jekk disponibbli):
Isem l-awtorità tal-infurzar:…
Indirizz:…
Nru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)…
Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)…
Email:…
TAQSIMA L: Trasferiment tad-data
(a)
L-awtorità għand min trid tiġi trasferita d-data
l-awtorità ta’ validazzjoni
awtorità kompetenti oħra (eż. awtorità ċentrali)
Isem u dettalji ta’ kuntatt:…
(b)
Format preferut li bih jew b’mezz li bih id-data għandha tiġi ttrasferita (jekk applikabbli):…
TAQSIMA M: Aktar informazzjoni li għandha tiġi inkluża (li ma għandhiex tintbagħat lid-destinatarju – li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità tal-infurzar f’każ li tkun meħtieġa notifika lill-awtorità tal-infurzar)
Ir-raġunijiet għad-determinazzjoni li l-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea tissodisfa l-kondizzjonijiet tan-neċessità u l-proporzjonalità:
……
Deskrizzjoni fil-qosor tal-każ:
……
Ir-reat li għalih qed tinħareġ l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea fl-Istat emittenti huwa punibbli b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-anqas tliet snin u huwa inkluż fil-lista ta’ reati stabbiliti hawn taħt (immarka l-kaxxa/kaxxi rilevanti)?
parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali;
sfruttament sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal;
traffikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi;
traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi;
frodi, inkluż frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
);
ħasil ta’ rikavat minn attività kriminali;
falsifikazzjoni ta’ munita, inkluż tal-euro;
kriminalità tal-informatika;
kriminalità ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċijiet ta’ annimali fil-periklu u ta’ speċijiet u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu;
faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati;
omiċidju jew offiża gravi fuq il-persuna;
kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem;
ħtif ta’ persuni, żamma illegali jew teħid ta’ ostaġġi;
serq organizzat jew bl-użu ta’ armi;
traffikar illeċitu ta’ beni kulturali, inkluż antikitajiet u opri tal-arti;
rikattar organizzat u estorsjoni;
falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti;
falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar tagħhom;
falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas;
traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u ta’ promoturi oħrajn ta’ tkabbir;
traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi;
traffikar ta’ vetturi misruqin;
reati li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;
ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru jew ta’ bastimenti;
Fejn xieraq, jekk jogħġbok żid kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-awtorità tal-infurzar jista’ jkollha bżonn biex tevalwa l-possibbiltà li tqajjem raġunijiet għar-rifjut:
……